Left arrow Go Back

ID F’ID FL-EDUKAZZJONI U S-SAĦĦA

pr0878
Date Icon 06/05/2011

“Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom ikunu prijorità għal kulħadd u dejjem irridu nkunu għassa u nkomplu nagħmlu ħilitna biex inkomplu nnaqqsu l-inċidenti mhux biss fil-postijiet tax-xogħol imma anke, fl-iskejjel, fid-dar u kulfejn inkunu”.

Dan saħqet dwaru l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Dolores Cristina meta fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Margerita, uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin u oħrajn mit-taqsima tas-Saħħa u s-Siġurtà tad-Direttorat tal-Edukazzjoni taw taħriġ lil numru ta’ studenti dwar kif jistgħu jkunu evitati l-inċidenti.

Il-Ministru Cristina qalet li l-istatistika turi li huma l-ħaddiema żgħażagħ dawk l-aktar f’periklu ta’ inċidenti serji.

Għalhekk inħasset il-ħtieġa li din it-tema tkun indirizzata anke fl-iskejjel. Il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti fl-iskejjel qed tingħata importanza kbira.

Twaqqfet ‘Health and Safety Unit’ u kienu impjegati għalliema apposta kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll f’dawk sekondarji u post-sekondarji.

Il-kunċett ta’ saħħa u sigurtà ħa xejra oħra matul is-snin. Illum il-perikli m’humiex biss minn xi waqa’ jew daqqa’ imma l-perikli għas-saħħa jeżistu anke fil-mod kif noqogħdu bil-qegħda, kemm jitfa’ dawl il-kompjuter ta’ quddiemna, xi ħsejjes hawn madwarna l-arja li nibilgħu u bosta perikli oħra. 

Il-Ministru Cristina qalet li l-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Margerita li tinsab f’Verdala, Bormla, li hi waħda mill-iskejjel ġodda tagħna saret ħafna attenzjoni biex il-perikli jitnaqqsu kemm jista’ jkun.  Irridu li l-iskejjel tagħna kollha kemm huma jkunu joffru ambjent sigur u san li jiffaċilita x-xogħol u t-tagħlim li jsir.

Il-Health and Safety Unit fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, bl-għajnuna tal-għalliema fl-iskejjel inkarigati minn dan il-qasam, tieħu diversi inizjattivi matul is-sena skolastika.

Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali tal-UĦM u l-Kap tal-Iskola, it-tnejn ingħaqdu mal-Ministru Cristina u saħqu dwar l-importanza li wieħed jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex ikunu evitati inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol.

Il-President tal-UĦM Gejtu Tanti mbagħad ippreżenta l-Premju tal-UĦM dwar is-Saħħa u s-Siġurtà fil-post tax-xogħol lill-kap tal-iskola flimkien ma’ laptop għall-użu tal-iskola.  Saret ukoll preżentazzjoni ta’ apparat u ħwejjeġ protettivi lill-iskola għall-użu mill-istudenti tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

More Press Releases Right arrow