GĦAŻLA TA’ PROĠETTI ORDINARJI TAĦT L-EWWEL SEJĦA B’RABTA MAL-PROGRAMM TA’ KOOPERAZZJONI BEJN IL-FRUNTIERI ITALJA-MALTA 2007-2013
GĦAŻLA TA’ PROĠETTI ORDINARJI TAЋT L-EWWEL SEJĦA B’RABTA MAL-PROGRAMM TA’ KOOPERAZZJONI BEJN IL-FRUNTIERI ITALJA-MALTA 2007-2013
Bћala l-Awtorità Maltija tal-Koordinament Nazzjonali tal-Programm Italja-Malta 2007-2013, id-Dipartiment gћall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru gћandu il-pjaċir iћabbar li ġew magћżula sbatax-il proġett gћall-finanzjament taћt l-ewwel sejћa gћall-proġetti ordinarji b’rabta ma’ dan il-Programm. L-allokazzjoni mill-Fond Ewropew gћall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) gћat-tali proġetti tammonta gћal €5.2M. Il- proġetti magħżula sejrin jikkontribwixxu lejn it-temi prijoritarji tal-Programm jiġifieri: riċerka, innovazzjoni u żvilupp sostenibbli, kif ukoll l-ambjent, l-enerġija u prevenzjoni tar-riskju. Mehmuza ma’ din in-nota gћandkom issibu informazzjoni qasira dwar kull proġett.
Aktar informazzjoni dwar il-Programm Italja-Malta 2007-2013 tista’ tinkiseb mis-sit uffiċjali tal-Programm (http://www.italiamalta.eu), mis-sit tad-Dipartiment gћall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ћdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (http://www.ppcd.gov.mt) jew permezz tal-telefon fuq numru 2200 1147.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005