STQARRIJA B’RISPOSTA GĦALL-KELLIEMA TAL-OPPOŻIZZJONI MARIE LOUISE COLEIRO PRECA U MICHAEL FARRUGIA
L-isfruttament tal-ħaddiema mhux tollerat
Għall-Gvern l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema ma jiġi tollerat taħt l-ebda ċirkostanza u għall-ebda raġuni. Għalhekk qed jittieħdu aktar inizjattivi u jsiru aktar spezzjonijiet biex ikun assigurat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol kif stabbiliti bil-liġi qed jiġu mħarsa, li l-ħaddiema jieħdu bi dritt dak li hu tagħhom u li l-ħaddiema qed jaħdmu f’ambjent li jħares is-saħħa u s-sigurta’ tagħhom.
Il-Liġi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (EIRA) tpoġġi obbligi fuq min jimpjega u l-Gvern qed jaħdem biex id-drittijiet tal-ħaddiema jiġu mħarsa u osservati. Fost l-oħrajn din il-Liġi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi tal-ħaddiema. Kull employer hu obbligat li joffri dawn il-kundizzjonijiet.
Il-Gvern qed jieħu diversi passi biex jelimina l-abbużi li sfortunatament isiru minn eċċezzjonijiet li jagħmlu isem ħażin lil ħaddieħor.
F’dawn l-aħħar xhur
1. Iddaħħlet klawsola fil-kuntratti l-ġodda li ħarġu li tispeċifika li l-kuntrattur li jirbaħ tender tal-Gvern hu obbligat li jimxi mal-kundizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali;
2. Saru wkoll verifiki mal-ħaddiema ta’ dawk il-kuntratturi li rebħu l-kuntratt, billi bdew jintalbu attendance sheets. Dawn l-attendance sheets qed jiġu verifikati mal-Inland Revenue, ETC, u ma’ awtoritajiet oħra biex jiġi stabbilit jekk dawk il-ħaddiema humhiex veru impjegati jew inkella humiex self-employed.
3. Matul ix-xhur li għaddew id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg wettaq 1,696 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol u intervista 3,598 ħaddiem.
4. Twettqet verifika ta’ liema huma l-kuntratti li dwarhom kien hemm allegazzjonijiet ta’ abbuż;
Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu biex l-abbużi jinqatgħu. Minbarra l-ispezzjonijiet li qed isiru fuq inizjattiva tad-Dipartiment, iħeġġeġ ukoll li min jaf b’każijiet ta’ abbużi biex iċempel 21224245/6 jew jibgħat email fuq indemprelations@gov.mt
F’din il-leġislatura diġa saru emendi għal 11-il Avviż Legali li permezz tagħhom tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Lista sħiħa tal-Avviżi qed tiġi pubblikata ma’ din l-istqarrija.
Is-47 infermiera mill-Pakistan li ssemmew dal-għodu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, dawn applikaw bħall-infermiera l-oħrajn kollha (Maltin u barranin). Dan għamluh fil-kapaċita’ personali tagħhom wara sejħa pubblika li ħarġet fit-2/2/2010 u mhux permezz ta’ xi aġenzija. L-impjieg tal-infermiera huwa regolat esklussivament minn kuntratt iffirmat bejn dawn l-istess infermiera fuq bażi individwali u l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita. Il-Ministeru m’għandu l-ebda ftehim ma’ aġenziji jew terzi persuni dwar ir-reklutaġġ ta’ dawn l-infermiera. Għaldaqstant, kwalunkwe kuntratt ieħor li seta’ ġie ffirmat mill-infermiera m’għandu l-ebda impatt fuq l-impieg tagħhom mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita. Għalhekk l-ebda aġenzija jew terza persuna m’għandha l-poter li tittermina l-impjieg tal-infermiera mal-Ministeru.
Emendi għal 11-il Avviż Legali li permezz tagħhom tjiebu
l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
1. LN 137 of 2008 – Equal Treatment in Employment (Amendment) Regulations, 2008
2. LN 239 of 2008 – Contracts of Service for a Fixed Term (Amendment) Regulations, 2008
3. LN 240 of 2008 – Part-time Employees (Amendment) Regulations, 2008
4. LN 376 of 2009 - Contracts of Service for a Fixed term (Amendment) Regulations, 2009
5. L.N. 117 of 2010 – Part-Time Employees (Amendments) Regulations, 2010
6. L.N. 118 of 2010 – Minimum Special Leave Entitlement (Amendment) Regulations, 2010
7. L.N. 175 of 2010 – Parental Leave Entitlement (Amendment) Regulations, 2010
8. L.N. 195 of 2010 – Transfer of Business (Protection of Employment) (Amendment) Regulations, 2010
9. L.N. 460 of 2010 – Extension of Applicability to Service with Government (Protection Maternity (Employment) Regulations) Regulations, 2010
10. L.N. 129 of 2011 - Transfer of Business (Protection of Employment) (Amendment) Regulations 2011
11. L.N. 130 of 2011 - Protection of Maternity (Employment) (Amendment) Regulations 2011
Regolamenti ġodda
12. L.N. 461 of 2010 – Temporary Agency Workers Regulations, 2010
Stqarrijiet Oħra:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005