L-OPPOZiZZJONI LABURISTA F'ATTENTAT IEĦOR BIEX TFIXKEL FIL-PROĠETT TAL-BELT VALLETTA
Għall-benefiċċju tad-Deputat Galdes, il-Gvern jikkonferma li l-Funtana tat-Tritoni se tkun
restawrata u se tiċċqlaq ftit metri u m’hix se “titneħħa”.
Dawn il-fatti ixejjnu l-istqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni li fiha tallega li l-funtana se
titneħħa u li b’xi mod mhix qed tiġi rispettata l-istorja ta’ din il-funtana.
Il-Kelliem Laburista, Roderick Galdes fi stqarrija ta’ sitt linji kompla l-kampanja tal-Partit
Laburista kontra kull inizjattiva ta’ tisbih tal-ispazji pubbliëi u tal-Belt Valletta.
Roderick Galdes huwa kompletament żbaljat meta jgħid li minflok il-funtana se jsir
parkeġġ. Jista’ jkun li Galdes ma fehemx kif jaqra l-pjanta annessa u li kienet ippubblikata
kważi ġimgħa ilu.
Fuq kollox il-Partit Laburista għandu jistħi jitkellem fuq ir-rovina ta’ din il-funtana meta
kien l-istess partit li wassal għat-tkissir ta’ parti minnha wara li fil-passat użaha bħala palk
għall-attività semi-politika organizzata minnu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005