Left arrow Mur Lura

TQASSIM TA’ PRODOTTI GLUTEN FREE

pr0856
Date Icon 04/05/2011

Bħalissa hemm 600 pazjent li huma intitolati għal prodotti Gluten Free. Dawn il-prodotti qatt ma kienu parti mill-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).

Bil-firxa tal-iskema tal-POYC f’113-il spiżerija, naqset l-importanza tal-ispiżeriji fiċ-Ċentri tas-Saħħa tant li wħud, bħal dawk tal-Mosta u l-Gżira diġà għalqu.

Għalhekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħaseb biex id-distribuzzjoni tiġi ċentraliżżata fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara fejn hemm faċilitajiet tajbin ħafna għall-parkeġġ sabiex il-pazjenti u l-familji tagħhom ma jkollhomx għalfejn iqandlu dawn il-prodotti li huma ta’ daqs goff.

Is-servizz qed jiġi estiż f’siegħat u ġranet kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.

Lokalitajiet

Dati

B’Kara

23 - 27 April

Floriana

28 - 30 April

Luqa/Qormi

2 - 4 Mejju

Paola/Cospicua

5 – 7 Mejju

Mit-Tnejn sas-Sibt mit-08.00 sas-19.30.

Id-Dipartiment tas-Saħħa għaddej ukoll bi proċess sabiex isib sistema aktar effiċjenti u konvenjenti għall-pazjenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

Aktar Stqarrijiet Right arrow