GĦOTJA TAĊ-ĊERTIFIKATI LILL-EWWEL 100 PARTEĊIPANT TAL-KORS ICTFORALL LI SAR GĦAND L-UNJONI ĦADDIEMA MAGĦQUDIN (UĦM)
Matul l-aħħar sitt snin, fuq l-inizjattiva tal-MCA, ġew imwaqqfa 16-il Ċentru ta’ Taħriġ għat-Tagħlim tat-Teknoloġija (CTLCs) madwar Malta u Għawdex. Dan sar permezz ta’ ftehim speċjali ma’ numru ta’ NGOs u Kunsilli Lokali li jaħdmu b’mod attiv fil-komunità.
Dawn iċ-Ċentri jinkludu:
Lokalità Ċentri
Balzan Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Birgu Aċċess
Birkirkara Kunsill Lokali
Blata l-Bajda National Council of Women
Furjana UĦM
Ħal Far ETC
Kordin Faċilitajiet Korrettivi ta’ Kordin
Qawra Parroċċa San Franġisk
Isla Kunsill Lokali
Kalkara Kunsill Lokali
Kordin PHRF
Santa Venera Richmond
Siġġiewi Caritas – San Blas
Ta’ Qali Assoċjazzjoni tal-Bdiewa
Xewkija (Għawdex) ETC
Żejtun Inspire
F’dawn iċ-Ċentri jsir taħriġ bażiku dwar l-użu tal-kompjuter, l-Internet u teknoloġiji oħra, kif ukoll taħriġ ieħor bil-ħsieb li jtejjeb l-impjegabilità u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu.
Dan il-programm jifforma parti minn inizzjattiva nazzjonali biex niġġieldu l-firda diġitali f'Malta.
Il-Firda digitali u l-età
F’dawn l-aħħar snin il-penetrazzjoni tal-Internet fid-djar Maltin laħqet 70%.
Teżisti diskrepanza kbira fl-użu tal-Internet bejn l-etajiet. Filwaqt illi 97% taż-żgħazagħ jużaw il-kompjuter b’mod frekwenti, aktar ma tiżdied l-età dan il-persentaġġ jonqos.
Huma biss 11% dawk li għandhom età ta 65 jew aktar u li jagħmlu użu mill-Internet.
In-nies li ma jagħmlux użu mit-teknoloġija jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Dan għaliex dawn in-nies, fis-snin li ġejjien, mhux ser ikunu f’posizzjoni li:
• jużaw l-għodod ġodda tal-komunikazzjoni,
• jippateċipaw b’mod attiv fil-komunità tagħhom permezz ta’ servizzi tal-eGovernment,
• jaċċessaw il-minjiera ta’ informazzjoni u għarfien fuq l-internet,
• u li jkunu produttivi f’xogħol li dejjem qed isir iżjed dipendenti fuq teknoloġiji innovattivi.
Eta | Total | 16 - 24 | 25 - 34 | 35 - 44 | 45 - 54 | 55 - 64 | 65 - 74 | |
EU27 | 65 | 90 | 82 | 74 | 64 | 46 | 25 | |
Malta | 60 | 97 | 82 | 75 | 47 | 31 | 11 |
L-Iskema ICTforALL
L-iskema ICTforALL għandha l-għan li tnaqqas din il-firda digitali bejn l-etajiet billi tħarreġ adulti fl-użu bażiku tal-kompjuter u l-Internet. Individwi fl-età bejn 25 u aktar kienu ntitolati għall-vawċer ta’ €35 li jisarraf f’kors f’Ċentru tal-għażla tagħhom.
L-MCA irċeviet madwar 6,000 applikazzjoni. S’issa beda t-taħriġ ta’ ’l fuq minn 3,500 ruħ. L-applikanti kollha ser ikunu tħarrġu sa l-aħħar ta’ Settembru.
It-taħriġ joffri opportunità lill-parteċipanti biex dawn jesperjenzjaw l-applikazzjonijiet differenti fl-ICT u biex jitgħallmu kif japplikaw dawn fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.
Nawgura lill-ewwel 100 student li lestew dan il-kors b’suċċess fiċ-ċentru tal-UĦM.
Stqarrijiet Oħra:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005