Left arrow Go Back

REVIŻJONI TAR-REĠISTRU ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONI ĠENERALI

pr0847
Date Icon 03/05/2011

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fil-31 ta’ Marzu, 2011, dwar l-importanza li jivverifika li ismu/isimha u l-partikolaritajiet tiegħu/tagħha jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippublikat fil-15 ta’ April, 2011.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f’dan ir-reġistru jekk, fil-31 ta’ Marzu, 2011, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.


Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar il-Ġimgħa, is-6 ta’ Mejju, 2011, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru.  Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

More Press Releases Right arrow