Left arrow Go Back

IL-GOZO EQUINE CUP 2011 ISSIR B’SUĊĊESS

pr0842
Date Icon 02/05/2011

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Mejju 2011, fil-Korsa ta’ Xħajma f’Għawdex  sar il-ħmistax-il meeting tal-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan  kien programm speċjali fejn fih saret it-Tieni Edizzjoni tal-Gozo Equine Cup li saret bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika.  Kien hemm taħlita ta’ tiġrijiet fosthom tliet Finali tal-Gozo Equine Cup, tiġrijiet għal żwiemel tat-trott, għall-ponijiet kif ukoll żwiemel Shetland.

Fis- 17 ta’ April, meta ngħata bidu għall-Gozo Equine Cup 2011, ħadu sehem 70 fosthom 30 minn Malta. Għat-tlett finali tal-1 ta’ Mejju għaddew 19-il żiemel minn Għawdex u seba’ żwiemel minn Malta.

Il-programm tal-bieraħ ħajjar aktar Maltin jieħdu sehem anke fit-tiġrijiet kumplimentari fejn b’kollox ħadu sehem 18-il żiemel minn Malta.

Ir-rebbieħ fil- Gozo Equine Cup Final klassi D/C kien  Kung Arthur A.L (Għawdex) misjuq minn Jason Sultana

Ir-rebbieħ tal-Gozo Equine Cup Final Klassi A/B kien Maitre De Bannes (Malta) misjuq minn Dario Fenech

Ir-rebbieħ tal-Gozo Equine Cup Final Klassi A1 kien  Master Perrine (Malta) li fil-preżent qed jitħarreġ minn Omar Cauchi f’Għawdex. Għall-Gozo Equine Cup, dan kien misjuq minn sidu Herman Mckay

Ir-rizultati kollha tat-tiġrijiet tal-1 ta’ Mejju 2011 huma dawn:

1. Shetland   - 1st Rainbow Jack – Christian Saliba 
2. Shetland   - 1st Sunrise – Nicholas Cauchi
3. Ponijiet    - 1st Shakira – Paul Vella
4. Ponijiet    - 1st Gubben – Mario Spiteri
5. Trott C    - 1st. Chip Chop Lady – Mario Bugeja 2nd Monsier Shane- H. Mckay 3rd  Maestro Sebajac- M.Cauchi
6. Final D/C -1st Kung Arthur AL – Jason Sultana 2nd L’echo de Cerpi – M. Debono 3rd Wodka Volo –T.Cauchi        
7. Final A/B - 1st Maitre De Bannes – Dario Fenech 2nd Tip Tip Tap – M Bugeja 3rd Cross Country f.c M Debono
8. Trott A    -  1st  Royal Qui – Alex Farrugia 2nd Poker Noon M. Cauchi  3rd Victory Farming – P Said
9. Final A1 - 1st. Master Perrine – Herman Mckay 2nd Tinto E - B Zammit, 3rd  Mint Spirit – F. Portelli
10. Trott  A1 - 1st  Affe Fager – Brian Zammit, 2nd  Joss Royal – J Farrugia 3rd Glory Cowboyland – A Pace
11. Trott C/D - 1st  Lulu La Science - Carmel Cauchi 2nd  Houston - R. Cauchi  3rd Lutin de Memartin – Dfenech
12. Trott B.  – 1st  Delvin’s Buckaboo – J. Portelli  2nd  Instead of Cash – M Refalo, 3rd  Lucky du Soir – J Vella

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

More Press Releases Right arrow