Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI – REFERENDUM NAZZJONALI 28 TA’ MEJJU, 2011

pr0841
Date Icon 02/05/2011

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni  Elettorali tfakkar lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali f’Ottubru, 2010 u li ma rċevewx jew ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom  għar-Referendum Nazzjonali,  illi bħalissa huma jistgħu  jmorru  personalment  fl-Għassa tal-Pulizija  tal-lokal kif jidher fl-istess Registru Elettorali u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jieħdu  d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet: 

 Sal-Ħadd 22 ta’ Mejju:       

 mit-Tnejn sal-Ġimgħa:                           bejn  l-4.00 p.m.  u  d-9.00 p.m.  

 Sibtijiet u l-Ħdud  8 u 15 ta’ Mejju:     bejn  it-8.00 a.m.  u  s-1.00 p.m.

il-Ħadd 22 ta’ Mejju:     bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar

Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra,  waqt li fil-lokalitajiet ta’  Iklin,  Lija,  Marsaskala,   Pembroke, Pietà,   Swieqi,  Ta’ Xbiex u Fontana,  id-dokumenti  jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali  fl-istess ġranet u ħinijiet.    Kull persuna  trid  tieħu magħha  l-Karta tal-Identità.

Kull  votant  għandu  jkun żgur  li jkollu  d-dokument  għall-votazzjoni  għax mingħajru ħadd ma jkun jista’  jivvota nhar jum ir-referendum, is-Sibt, 28 ta’ Mejju, 2011.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

More Press Releases Right arrow