STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Il-Gvern se jaghlaq il-Power Station tal-Marsa minkejja x-xkiel li kien qed jaghmel il-Kap tal-Oppozizzjoni
Il-Power Station tal-Marsa se tinghalaq darba ghal dejjem. Din se tinghalaq minkejja li l-Kap tal-Oppozizzjoni ghamel kampanja qalila biex ma ssirx l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u issa qed jipprova johloq dubju dwar l-interconnector ma’ Sqallija.
L-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, flimkien mal-interconnector ma’ Sqallija, huma kruċjali biex tingħalaq il-Power Station tal-Marsa u b’hekk pajjiżna jista’ jgawdi minn kwalità tal-arja aħjar.
Li kieku għaddiet ta’ Joseph Muscat dwar Delimara, kien ifisser li l-Power Station tal-Marsa trid tibqa’ miftuħa. L-estensjoni ta’ Delimara qed issir skont standards ewropej.
Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalita’ tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawza anqas ħsara fiz-zmien temporanju li baqghalha. Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur.
Dwar il-fuels, Joseph Muscat ukoll għażel li jibqa’ jirrepeti ineżattezzi biex iħawwad l-imħuħ.
Il-prezzijiet tal-fuels f’pajjiżna jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali li tixtri bihom l-EneMalta. L-aħħar kunsinna li xtrat l-EneMalta, kienet ogħla mill-kunsinna ta’ qabel u għalhekk din iż-żieda waslet għal ċaqlieq fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta. Pajjiżna mhux produttur tal-fuels u għalhekk għal din ir-riżorsi jiddependi mill-importazzjoni tagħha. Il-prezzijiet huma dettati minn sitwazzjonijiet internazzjonali inkluż minn dak li għaddej fil-Libja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003