Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0479
Date Icon 11/03/2011

Id-decizjonijiet fil-qasam tal-energija qed isiru biex titjib il-kwalita tal-arja f'pajjizna

L-Oppozizzjoni li qed tipprova xxekkel il-progett ta' Delimara li se jghin biex tinghalaq il-Power Station tal-Marsa

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jfakkar li hi bid-deċiżjoni tal-Gvern li jinvesti f’estensjoni tal-Power Station f’Delimara, proġett li l-Oppożizzjoni ppruvat tkisser akkost ta’ kollox, u bl-investiment fl-interconnector ma’ Sqallija, li l-Gvern se jaghlaq darba ghal dejjem il-Power Station tal-Marsa.

Il-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fi kwalità tal-arja aħjar. Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalita’ tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawza anqas ħsara fiz-zmien temporanju li baqghalha.   Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur.   Dan hu ta’ gid ghas-sahha tal-poplu u specjalment tar-residenti tal-Marsa u l-inhawi tal-madwar.  

Il-Gvern qieghed jahdem biex jaghlaq il-Power Station tal-Marsa illum qabel ghada kif wieghed.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni pruvat u għadha tipprova xxekkel l-investiment f’Delimara li se jkun kontributur importanti biex tingħalaq il-Marsa, il-Gvern qed jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet u jinvesti fl-infrastruttura li tipprovdi kwalità tal-arja aħjar għall- familji Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow