Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JILTAQA’ MAL-GĦAQDIET VOLONTARJI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR

pr0473
Date Icon 11/03/2011

“Is-sens ta’ solidarjetà jagħmel parti mill-karattru Malti. Dan għandu jagħmilna kburin li aħna Maltin. ” – Dan qalu l-President George Abela meta l-bieraħ tkellem fi tmiem laqgħa li saret mal-għaqdiet volontarji ta’ San Pawl il-Baħar bħala parti miż-żjara tiegħu f’San Pawl il-Baħar li tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2011.  Il-laqgħa tmexxiet mis-Sindku l-Perit Graziella Galea.

Wara li sema’ dwar il-ħidma tad-diversi organizazzjonijiet involuti fil-ħidma volontarja fil-komunità ta’ San Pawl il-Baħar, il-President irringrazzja lil kulħadd tal-laqgħa u kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif dawn l-individwi, pemrezz tal-għaqdiet jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom għall-ġid komuni. Dan is-sens ta’ mpenn biex ngħinu qed narawh f’dawn il-ġranet anke fuq bażi internazzjonali.  Il-President Abela sostna li l-Presidenza temmen li l-ħidma volontarja għandha tkun apprezzata u kien għalhekk li twaqqaf kumitat li iktar ‘il quddiem għandu jniedi l-Premju tal-Volontarjat taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta fejn individwu jew għaqda jkunu ppremjati għall-ħidma tagħhom f’dan il-qasam.

Il-President George Abela semma ukoll ir-rwol li l-għaqdiet fil-lokalità jista’ jkollhom f’dak li tħabbar din il-Ġimgħa – il-Premju tal-President għall-Kreattività. Dan il-Premju għandu l-għan li jgħin fl-iżvilupp ta' talenti ġodda u fit-tkattir ta' ħidma marbuta ma' proġetti tal-arti li jimpenjaw lit-tfal u ż-żgħażagħ fil-komunità. Hemm tliet programmi marbuta mal-Premju- Tfal, Żgħażagħ u Komunità. Il-programm tal-Komunita tindirizza organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet, kemm jekk huma privati kif ukoll pubbliċi, li jħeġġu l-iżvilupp tal-kreattività fost it-tfal u ż-żgħażagħ żvantaġġati. Dan jinkludi proġetti li jimpenjaw artisti u professjonisti oħra biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' kreattività li jħarsu lejn il-ħtiġijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ fi ħdan il-komunità.

Il-President Abela ikkonkluda billi ħeġġeġ lill-għaqdiet jorganizzaw żjarat fil-Palazzi Presidenzjali sabiex verament jitgawdew minn kulħadd u wkoll inkorraġġihom sabiex jaħdmu flimkien mal-Kunsilli Lokali sabiex imexxu każijiet ta’ nies fil-bżonn quddiem il-Malta Community Chest Fund sabiex il-fond ikompli bil-ħidma fejjieda tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow