Left arrow Mur Lura

BOROŻ TA’ STUDJU GĦAL STUDENTI BIEX ISIRU VETERINARJI

pr0463
Date Icon 10/03/2011

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, permezz tal-avviż fil-gazetta tal-Gvern numru 18717 ħabbar li qed joffri numru ta’ boroż ta’ studju lill-istudenti li diġà qegħdin jistudjaw biex isiru veterinarji, kif ukoll lill-istudenti li huma interessati li jsiru veterinarji.

Dawn il-boroż ta’ studju se jgħinu biex jiffinanzjaw il-miżati tal-kors (inklużi l-miżati mħallsa sa llum) flimkien ma’ renumerazzjoni ta' € 2,500 għal kull sena skolastika. Dawn il-flus se jingħataw lill-applikanti magħżula biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-istudju tagħhom barra minn Malta. L-ammont totali ta’ dawn il-boroż ta’ studju m’għandux jaċċedi €10,000 kull sena.

Sabiex ikunu eliġibbli għal dawn il-boroż ta’ studju, l-applikanti għandhom:

(i) ikollhom ir-rekwiżiti meħtieġa mill-Istitut jew l-Università li fiha ser iwettqu l-istudju tagħhom;

(ii) ikunu ġew aċċettati għall-kors mill-istituzzjoni kkonċernata; u

(iii) fil-każ ta' applikanti li diġà jkunu bdew il-kors ta’ studji tagħhom, ikollhom prova li l-applikant għadda minn sena għall-oħra.

Kemm dawk l-istudenti li diġà bdew il-kors u dawk li jkunu se jibdew l-istudji tagħhom, jekk jintgħażlu, ikunu mitluba jiffirmaw ftehim li jorbothom biex iservu fis-Servizz Pubbliku għall-perjodu ta’ żmien kif imsemmi f’Appendiċi III tal-Manual on Staff Development in the Public Service. Kopja tal-ftehim tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Ministeru www.mrra.gov.mt

Dan ser isir biex aktar studenti jagħżlu t-triq li twassalhom biex jilħqu veterinarji. Dawn l-opportunitajiet qed jingħataw għax pajjiżna jeħtieġ li jkollu aktar veterinarji. L-irwol tal-veterinarju fi ħdan l-Unjoni Ewropea hu importanti għax din tenfasizza ħafna l-ħarsien tal-annimali, kif ukoll il-kwalità u standards tal-ikel.

Preżentament l-Universitá ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal degree fl-istudji veterinarji u għalhekk, dawk li jixtiequ jispeċjalizzaw f’din id-dixxiplina qed ikollhom jagħmlu dan f’istituzzjoni barra minn Malta bi spiża konsiderevoli. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Gvern qed ifittex li jiffaċilità lil studenti Maltin li jagħmlu dan. Barra min hekk, l-oġġettiv long term huwa li parti mill-kors jibda jsir Malta. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-Gvern flimkien mal-Università ta’ Malta jinsab għaddej b’diskussjonijiet ma’ Universitajiet barranin intiżi sabiex jinħoloq kors konġunt li jippermetti li numru ta’ snin mill-kors fl-istudji veterinarji jsiru fl-Università ta’ Malta.

Applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lid-Direttur tal-People Management & Support Services, fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, Blokk A, Triq Francesco Buonamici, Floriana FRN 1700 sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu  2011.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-boroż ta’ studju tista’ tinkiseb ukoll mid-Direttorat tal-People Management & Support Services, Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fuq in-numru tat-telefon: 2299 7573/7519, jew bl-e-mail: mario.p.azzopardi@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow