IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-KOMPETITTIVITÀ
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi jinsab ġewwa Brussel jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għall-Kompetittività.
Fil-laqgħa tal-lum fost l-oħrajn qed jiġu diskussi dawn it-temi:
• Evalwazzjoni Interim tas-7 programm ta’ riċerka li jinkludi Risk-Sharing Finance Facility (RSFF)
• L-inizzjattiva Ewropea dwar l-Innovazzjoni Union Flagship
• L-att dwar is-Suq Waħdieni (Single Market)
• Id-Direttiva dwar is-Servizzi
• Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri, li tawtorizza koperazzjoni avvanzata li twassal għall-ħolqien ta’ privattiva waħdanija għall-Ewropa.
• L-istrateġija Ewropea 2020
• L-Inizzjattiva dwar il-materja prima
Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm is-Sur Jonathan De Gabriele, Segretarju Privat, u s-Sur Anton Spiteri, Direttur għall-Politika dwar l-Intrapriża fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Invesiment.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003