RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI
B’referenza għall-istqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, jiġi enfasizzat li għad hemm appell pendenti dwar dan il-każ. L-istqarrija tal-President tal-Assoċjazzjoni Michael Cohen u s-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Jimmy Magro hi bbażata fuq argumenti partiġġjani.
Il-Gvern qatt ma ċaħħad u lanqas m'hu se jċaħħad lill-Kunsilli Lokali milli jsemmgħu leħinhom għan-nom taċ-ċittadini tal-lokalità. Dan il-Gvern waqqaf il-Kunsilli Lokali, sostnihom, tahom aktar poteri tul is-snin u jagħtihom fondi pubbliċi biex iwettqu proġetti ta' fejda għar-reisdenti tal-lokalità tagħhom, inkluż bi skemi tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
L-Assoċjazzjoni, bħall-Opposizzjoni, interessata li dwar l-impjant ta' Sant'Antnin tagħmel kampanja partiġġjana.
Permezz tal-Avukat Ġenerali sar appell mid-deċizjoni tal-Qorti li għadu sub judice, madanakollu l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tippretendi li l-Avukati Ġenerali ma jagħmilx l-argumenti legali tiegħu u minflok tagħmel l-argumenti hi għan-nom tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Ġenerali uża argumenti li uħud minnhom il-Qorti diġà pronunzjat ruħha f’kawżi simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003