Left arrow Go Back

RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI

pr0460
Date Icon 09/03/2011

B’referenza għall-istqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, jiġi enfasizzat li għad hemm appell pendenti dwar dan il-każ.  L-istqarrija tal-President tal-Assoċjazzjoni Michael Cohen u s-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Jimmy Magro hi bbażata fuq argumenti partiġġjani.

Il-Gvern qatt ma ċaħħad u lanqas m'hu se jċaħħad lill-Kunsilli Lokali milli jsemmgħu leħinhom għan-nom taċ-ċittadini tal-lokalità.  Dan il-Gvern waqqaf il-Kunsilli Lokali, sostnihom, tahom aktar poteri tul is-snin u jagħtihom fondi pubbliċi biex iwettqu proġetti ta' fejda għar-reisdenti tal-lokalità tagħhom, inkluż bi skemi tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. 

L-Assoċjazzjoni, bħall-Opposizzjoni, interessata li dwar l-impjant ta' Sant'Antnin tagħmel kampanja partiġġjana. 

Permezz tal-Avukat Ġenerali sar appell mid-deċizjoni tal-Qorti li għadu sub judice, madanakollu l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tippretendi li l-Avukati Ġenerali ma jagħmilx l-argumenti legali tiegħu u minflok tagħmel l-argumenti hi għan-nom tal-Avukat Ġenerali.  L-Avukat Ġenerali uża argumenti li uħud minnhom il-Qorti diġà pronunzjat ruħha f’kawżi simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow