Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA INIEDI IL-PREMJU TAL-PRESIDENT GĦALL-KREATTIVITÀ

pr0457
Date Icon 09/03/2011

Il-Palazz tal-President, il-Belt, illum kien trasformat f’festa ta’ arti u kreattività waqt li ġie mniedi il-Premju tal-President għall-Kreattività.

“Li qed naraw hawnhekk illum hija l-ħolma tagħna, fejn grazzi għall-vot ta’ 70 elf Ewro ġie stabillit dan il-fond bl-iskop li jinkoraġġixxi iktar l-arti fit-tfal u ż-żgħażagħ. F’pajjiżna għandna nħarsu ’l quddiem b’kuraġġ għax min qed isib diffikultà biex jimxi fl-arti tiegħu, illum, permezz ta’ dan il-premju se tingħata l-għajnuna. Jiena nħoss li l-President huwa kustodju tal-wirt artistiku nazzjonali u għalhekk naħseb li l-Presidenza għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-arti fil-gżejjer Maltin, speċjalment fost iż-żgħażagħ u t-tfal.” Dan qalu l-President George Abela waqt li dalgħodu tkellem dwar il-Premju tal-President għall-kreattività. Esprima li l-arti tista’ tieħu ħafna forom ta’ kreattività.  Tista’ tkun pittura, skultura, mużika, teatru, danza, letteratura, disinn tal-ħwejjeġ jew oġġetti dekorattivi u elf ħaġa oħra.  L-akbar valur tal-arti huwa l-espressjoni ta’ dak li jħoss l-artist.  L-arti tibqa’ arti anki jekk l-artist ma juriha lil ħadd imma huwa ta’ sodisfazzjoni għall-artist li x-xogħol tiegħu jiġi esebit u apprezzat.  Il-President Abela żied jgħid li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-komunità importanti jsibu min iħeġġiġhom għall-istudju tal-arti u li min jipprometti jiġi mgħejun.

Dan il-premju qed jiġi mwaqqaf fil-kuntest ta’ inizjattiva nazzjonali sħiħa sabiex jikber ir-rikonoxximent tal-kontribut tal-kultura u tal-arti lejn is-soċjetà u sabiex joffri rikonoxximent importanti lit-talent kemm meta jkun qed jitfaċċa fit-tfal kif ukoll meta jkun wasal sabiex joħroġ fuq livell professjonali fiż-żgħażagħ. Il-premju jinkoraġġixxi u joffri wkoll rikonoxximent għall-funzjoni u l-validità tal-ħidma ta’ NGOs, għaqdiet u organizzazzjonijiet, kemm dawk li jaħdmu fil-qasam soċjali kif ukoll dawk artistiċi u kulturali, fil-ħidma tagħhom lejn titjib fis-soċjetà u fil-ħajja tal-membri vulnerabbli tagħha.  Il-Premju jipprovdi fondi u għajnuniet varji lil tfal u żgħażagħ li ħafna drabi isibu rwieħhom f’diffikultajiet, u li minħabba f’hekk iwaqqafhom milli jikkonsidraw l-iżvilupp artistiku u kreattiv tagħhom bħala aspett importanti ta’ ħajjithom.

Kien għal dan l-iskop li ġie mniedi dan il-premju u, “nista’ ngħid, li sibna mill-ewwel is-sostenn tal-Gvern li pprovda l-fondi sabiex dan il-premju annwali seta’ jiġi stabbilit,” temm jghid il-President Abela fil-waqt li rringrazzja lil Grupp ta’ Ħidma għall-Ekonomija Kreattiva fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment kif ukoll it-Taqsima tal-Kultura u s-settur awdjo viżiv tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent, u Kultura fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 

Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit www.president.gov.mt jew iċempel 21226226.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow