Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0449
Date Icon 08/03/2011

Il-Gvern jappella li kulħadd jibqa’ jirrispetta l-proċess li qiegħed isir biex l-AirMalta tkun fuq saqajha

Il-Kumitat dwar ir-Ristrutturar tal-AirMalta għadu ma ntalabx japprova l-pjan li jrid imur għand il-Kummissjoni Ewropea.  Għalhekk il-pożizzjoni li ħadet il-General Workers’ Union tistona ħafna fid-dawl tad-diskussjonijiet li qed isiru fi ħdan dan il-Kumitat.

Wara li sar ir-review estensiv minn Ernst & Young, il-pjan tpoġġa quddiem il-Kumitat biex dan ikun jista’ jiġi kkunsidrat. Dawk kollha li qegħdin membri f’dan il-Kumitat intalbu jaraw ir-rapport bil-għan li jagħtu l-pożizzjoni tagħhom dwar dak li qed jiġi propost.

Il-GWU taf ukoll li wara l-preżentazzjoni li saret minn Ernst & Young lill-Kumitat, dawn intalbu jagħmlu tibdiliet fundamentali li bħalissa qed isir fix-xogħol tagħhom.  Għalhekk ħadd ma għandu jippreġudika x-xogħol li għaddej bħalissa.

Il-Gvern jappella biex kulħadd jibqa’ jirispetta l-proċess li qed isir biex l-AirMalta tkun fuq saqajha u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku partikolarment fis-settur tat-turiżmu u l-kummerċ ma’ barra.  Jekk ifalli l-proċess, ikun hemm konsegwenzi negattivi.  Il-Gvern qiegħed jaħdem biex l-AirMalta taqbad it-triq tal-viabilità.   Dan hu proċess sensittiv u l-Gvern ma jistax jabdika mir-responsabilità li jressaq pjan lill-Kummissjoni.

Il-Gvern itenni li hu fl-interess tal-kumpanija u ta’ pajjiżna li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità ta’ dak li jiġi diskuss waqt il-laqgħat u tar-rapporti li jsiru u jiġu preżentati.  Dan biex jiġu protetti l-interessi tal-kumpanija u tal-ħaddiema tagħha.   Il-kompetizzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni hi qalila ħafna u għalhekk l-insistenza tal-Oppożizzjoni li ma tridx tirrispetta l-kunfidenzjalita’ turi li ma jinteressaħiex mill-interess nazzjonali.  Ikun ta’ ħsara għal pajjiżna, għal-linja tal-ajru u għall-ħaddiema li toħroġ informazzjoni li tasal għand kompetituri tal-AirMalta, kif trid l-Oppożizzjoni.

Għaldaqstant il-Gvern japella għal ħafna aktar prudenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow