Left arrow Go Back

Eluf jaqsmu l-fliegu għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2011

pr0445
Date Icon 07/03/2011

Minn nhar il-Ħamis li għadda għadd ta’ Maltin bdew jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex, biex iqattgħu l-jiem tal-karnival fil-gżira ta’ Għawdex. Filwaqt li kkumplimenta l-atmosfera brijjuża ta’ dawn il-jiem, l-influss tal-Maltin iġġenera wkoll attività kummerċjali f’dan iż-żmien pjuttost kwiet tas-sena.

Kienu bosta dawk li ħonqu t-toroq u l-pjazez tal-Belt Victoria u ta’ rħula oħra f’Għawdex biex isegwu l-attivitajiet u l-programmi mħejjija għal dan iż-żmien. Il-karnival spontanju tan-Nadur reġa’ kien attrazzjoni partikolari għal dawk kollha li għażlu li jżuru lil dan ir-raħal fl-iljieli matul tmiem il-ġimgħa.

Filwaqt li kienu bosta l-Maltin li rritornaw lura Malta matul il-jiem tal-Ħadd, oħrajn għażlu li jibqgħu jgawdu l-jumejn li fadal mir-renju tar-Re tal-Karnival 2011. Minbarra li jgawdu x-xeni pittoreski tal-gżira ta’ Għawdex waqt dan iż-żmien tas-sena, dawn il-viżitaturi ser ikollhom okkażjoni jsegwu l-avvenimenti finali mħejjija fil-programm tal-attivitajiet tal-karnival ta’ din is-sena. Dawn l-attivitajiet jinkludu defilè grandjuż tal-Karnival li ser isir għada t-Tlieta fis-6.00 p.m. tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza, fejn imbagħad għal ħabta tas-6.30 p.m. ikun hemm spettaklu mill-kumpaniji taż-żfin, karrijiet trijonfali u maskri grotteski.  Il-karnival spontanju tan-Nadur jagħlaq ukoll is-separju t-Tlieta filgħaxija.

Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jiġi organizzat kull sena mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow