Left arrow Mur Lura

SEMINAR DWAR ID-DIPLOMAZIJA PARLAMENTARI

pr0436
Date Icon 07/03/2011

Fl-isfond tal-iżvilupp tad-demokrazija parlamentari f’pajjiżna, l-iSpeaker Michael Frendo, flimkien ma’ numru ta’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, se jkunu qed jiddiskutu, bil-parteċipazzjoni ta’ bosta studenti Maltin u barranin, l-aspetti differenti tad-Diplomazija Parlamentari f’Seminar li se jittella’ għada t-Tlieta, 8 ta’ Marzu 2011 fil-Kamra tal-Kumitati tal-Parlament ta’ Malta.  Is-Seminar qed jiġi organizzat bejn l-Uffiċċju tal-iSpeaker Malti, id-DiploFoundation u l-Akkademja Mediterraneja għall-Istudji Diplomatiċi.

Il-laqgħa mal-istudenti se tinfetaħ b’diskors tal-okkażjoni mill-Onorevoli Michael Frendo, segwit minn Dr. Jovan Kurbalija, Direttur tad-DiploFoundation u mill-Professur Stephen Calleya, Direttur tal-Akkademja Mediterraneja għall-Istudji Diplomatiċi.  Id-diskussjonijiet bis-sehem ta’ bosta Membri Parlamentari Maltin se jkunu ffukati fuq it-tħaddim tad-Diplomazija Parlamentari fuq bażi kemm multilaterali kif ukoll bilaterali, b’referenza partikulari għar-reġjun tal-Mediterran.  Hemm il-ħsieb li waqt is-Seminar isir kollegament permezz ta’ video conferencing sabiex jittieħdu l-veduti wkoll ta’ Membri Parlamentari Ewropej Maltin waqt id-diskussjoni dwar ir-rwol tal-parlamentari biex jiġu evitati konflitti fid-dinja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow