Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0434
Date Icon 06/03/2011

Il-Kap tal-Oppożizzjoni rega’ żbalja u rrepeta konklużjonijiet ivvintati mill-gazzetta tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat reġa żbalja meta tkellem dwar il-prezzijiet tal-fuels.  Hu rrepeta l-argumenti ivvintati u l-konklużjonijiet żbaljati li għamlet il-gazzetta tal-Oppożizzjoni stess.

Il-prezzijiet tal-fuels f’pajjiżna jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali li tixtri bihom l-EneMalta.  L-aħħar kunsinna li xtrat l-EneMalta, kienet ogħla mill-kunsinna ta’ qabel u għalhekk din iż-żieda waslet għal ċaqlieq fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta.

Pajjiżna mhux produttur tal-fuels u għalhekk għal din ir-riżorsi jiddependi mill-importazzjoni tagħha.  Il-prezzijiet huma dettati minn sitwazzjonijiet internazzjonali inkluż minn dak li għaddej fil-Libja.  Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, bl-aktar mod leġġer, wera li mhux kapaċi jirrikonoxxi r-realtà.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni prova jagħmel argument partiġġjan billi ma jieħux in konsiderazzjoni l-fatturi li jaffettwaw u jwasslu għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt.  Dawn il-fatturi jkollhom impatt fuq kull pajjiż li jixtri l-fuels minn barra, inkluż fuq Malta.

L-Oppożizzjoni qed tagħżel li tkun irresponsabbli f’dak li tippubblika u f’dak li tgħid.  Qed tgħawweġ il-fatti biex tqarraq bin-nies.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow