STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
Il-Kap tal-Oppożizzjoni rega’ żbalja u rrepeta konklużjonijiet ivvintati mill-gazzetta tal-Oppożizzjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat reġa żbalja meta tkellem dwar il-prezzijiet tal-fuels. Hu rrepeta l-argumenti ivvintati u l-konklużjonijiet żbaljati li għamlet il-gazzetta tal-Oppożizzjoni stess.
Il-prezzijiet tal-fuels f’pajjiżna jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali li tixtri bihom l-EneMalta. L-aħħar kunsinna li xtrat l-EneMalta, kienet ogħla mill-kunsinna ta’ qabel u għalhekk din iż-żieda waslet għal ċaqlieq fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta.
Pajjiżna mhux produttur tal-fuels u għalhekk għal din ir-riżorsi jiddependi mill-importazzjoni tagħha. Il-prezzijiet huma dettati minn sitwazzjonijiet internazzjonali inkluż minn dak li għaddej fil-Libja. Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, bl-aktar mod leġġer, wera li mhux kapaċi jirrikonoxxi r-realtà.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni prova jagħmel argument partiġġjan billi ma jieħux in konsiderazzjoni l-fatturi li jaffettwaw u jwasslu għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Dawn il-fatturi jkollhom impatt fuq kull pajjiż li jixtri l-fuels minn barra, inkluż fuq Malta.
L-Oppożizzjoni qed tagħżel li tkun irresponsabbli f’dak li tippubblika u f’dak li tgħid. Qed tgħawweġ il-fatti biex tqarraq bin-nies.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003