Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr0432
Date Icon 06/03/2011

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem għall-gallarija u jiżbalja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu wera biċ-ċar kemm ma jsegwix dak li qed iseħħ madwaru u jinteressah biss li jitkellem għall-gallarija filwaqt li jfajjar, jivvinta u jiżbalja.

Joseph Muscat żbalja meta qal li pajjiżna laħaq biss terz tal-mira tal-enerġija alternattiva għas-sena 2010. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru l-Erbgħa 23 ta’ Frar, il-Ministeru spjega li skont in-National Renewable Energy Action Plan (NREAP), sottomess minn Malta u li hu pubbliku, pajjiżna ma kellu l-ebda mira x’jilħaq fl-2010 u għandu l-ewwel mira li jilħaq 2% tal-enerġija li nikkunsmaw għall-perjodu 2011-2012.  Din il-mira hija parti mill-obbligu ta’ pajjiżna li jilħaq mira li jiġġenera 10% tal-enerġija kkunsmata minn sorsi rinovabbli sal-2020.

Joseph Muscat żbalja wkoll meta fuq l-irdieden tar-riħ qal li jidher li dawn ma jistgħux isiru. Eżattament fl-1 ta’ Frar, il-Ministeru waqt konferenza tal-aħbarijiet ħabbar ir-riżultati ta’ sena fuq il-kwantità ta’ riħ li jgħaddi minn fuq is-Sikka l-Bajda, sit propost biex isiru l-wind farms fuq il-baħar. Dawn ir-riżultati, għall-kontra ta’ dak li vvinta l-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu, l-istudji meħuda minn wind monitoring mast li ttella’ fl-aħrax tal-Mellieħa juru li r-riħ li jgħaddi minn dik iż-żona huwa tajjeb biżejjed biex titħaddem wind farm. Ta’ min ifakkar li kien l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li wara li l-Gvern ħabbar li applika mal-MEPA sabiex isiru aktar studji ħalli fis-sit ta’ Wied Rini jsiru l-wind farms, kien pront imur ibeżża lill-bdiewa li bil-wind farms issir ħsara lil water table.

Joseph Muscat dalgħodu wkoll minkejja numru ta’ spjegazzjonijiet pubbliċi żbalja fir-rigward tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Kif intqal diversi drabi dan il-proġett hu ntiż li jtaffi l-problema tal-għargħar f’pajjiżna. Il-proġett għandu potenzjal illi f’sitwazzjoni fejn tagħmel xita mhux ta’ intensità kbira jista’ jiġbor madwar 650,000 metru kubu ta’ ilma. Dan ifisser li dan il-proġett kapaċi jiġbor u jirriċikla d-doppju tal-volum ta’ ilma li bħalissa jinġabar f’ġibjuni u digi li jinsabu fil-widien li huma taħt ir-responsabiltà tal-Gvern. Fil-Gżira bħala parti minn dan il-proġett se tinbena riżerva li se tkun qed tilqa’ fiha ukoll mal-10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gzira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jinżel fil-water table.

Joseph Muscat jivvinta u jiżbalja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow