Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-GVERN

pr0431
Date Icon 06/03/2011

Kampanja ta’ gideb mill-media tal-Oppożizzjoni li tagħmel ħsara lil pajjiżna ... il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jwaqqafha

Il-gazzetta tal-Oppożizzjoni “Kullħadd” terġa’ tirrikorri għal aktar gideb.

Il-Gvern jiċħad bil-qawwa kollha l-artiklu pubblikat illum bit-titlu “Nutar bejn Gonzi u Gaddafi”.  Din hi gidba oħra tal-Oppożizzjoni Laburista li qed tuża l-media tagħha biex b’mod regolari tivvinta diversi qlajjiet u gideb.

Filwaqt li l-Gvern qed jimxi b’mod responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli u sensittivi li l-effett tal-kriżi fil-Libja jġibu fuq pajjiżna, l-Oppożizzjoni hi mheddija li tippubblika artikli li jkunu miżgħuda bi qlajjiet u gideb.

Il-Gvern jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma jkomplix iħalli lill-media tal-Oppożizzjoni tisserjalizza stejjer li ma jkunux minnhom. 

L-Oppożizzjoni f’dan il-mument delikat, b’dawn ir-rapporti u bl-azzjonijiet tagħha, qed tagħmel ħsara lill-poplu u lil pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow