Left arrow Mur Lura

DONAZZJONIJIET BIEX JINXTRAW MEDIĊINI GĦALL-POPLU LIBJAN

pr0419
Date Icon 03/03/2011


Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili responsabbli biex jassisti fil-ġbir tal-għajnuna umanitarja f’Malta ħalli tintbagħat fil-Libja, ser ikun qed jikkordina ġabra ta’ għotjiet mill-pubbliku Malti sabiex ikunu jistgħu jinxtraw mediċini biex jintbgħatu lill-poplu Libjan.

Id-deċiżjoni li minn Malta jinbtagħtu mediċini ttieħdet wara talba li saret dwar dan il-bżonn, li għandu bħalissa l-poplu Libjan.

Għalhekk peress li f’dan l-istadju, l-bżonn fil-Libja huwa ta’ ċerti tipi ta’ mediċini partikolari, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ser ikun qed jilqa’ għotjiet ta’ flus fil-kontijiet bankarji li nfetħu apposta fil-banek lokali li jidhru hawn taħt:

HSBC

078-002391-050

BOV

40018758443

Lombard Bank

01440800001

APS Bank

20000889551

Banif Bank

00083224181

Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel hekk fi kwalunkwa fergħa tal-banek imsemmija.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun qed jixtri l-mediċini li huma meħtieġa biex  jintużaw mill-poplu Libjan f’dan il-mument ta’ bżonn.  Dawn il-mediċini se jitwasslu l-Libja b’ko-ordinazzjoni mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow