Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA

pr0416
Date Icon 03/03/2011

Interess f’115 minn 117 l-appartament offruti mill-Awtorità tad-Djar

Minn 117 fond li l-Awtorità tad-Djar ħarġet għall-bejgħ is-sena li għaddiet intwera interess f’115-il post u fil-fatt sal-lum diġà kien hemm 56 minnhom li ġew allokati u wħud minnhom sar il-konvenju fuqhom.  Kienu biss 2 appartamenti li ma ntwera ebda interess fihom.

Fil-fatt l-Awtorità rċiviet 284 applikazzjoni għal dawn il-postijiet – aktar mid-doppju tal-appartamenti disponibbli u 232 applikazzjonijiet kienu validi.

Kulħadd jaf li fejn jidħol bejgħ ta’ proprjetà l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada minħabba proċeduri u riċerki li jridu jsiru kif ukoll l-arranġamenti mal-banek li jkunu lesti jisilfu flus lix-xerrejja. 

Dwar is-57 fond ieħor li fihom intwera interess, l-Awtorità bħalissa qiegħda fil-proċess li tiltaqa’ mal-applikanti biex tikkunsidra l-preferenzi tagħhom u tasal fi ftehim.

Kuntrarjament għal dak allegat fi stqarrija tad-Deputat Laburista Roderick Galdes li dawn l-appartamenti qed jinbiegħu bi prezz bħal dawk offruti mill-privat, il-fatti huma li dawn l-appartamenti qed jinbiegħu b’sussidju ta’ bejn 3% u 5% fuq il-prezz kummerċjali stabbilit mis-suq u b’25% sussidju fuq il-prezz hekk imnaqqas tant li appartament bi tliet kmamar tas-sodda kien offrut bil-prezz ta’ €78,000 u maisonette b’€85,000 meta l-prezz kummerċjali tagħhom kien ta’ €105,000 u €113,000 rispettivament.

Minn 38 applikant li rrifjutaw kienu tmienja biss li qalu li mhux se jixtru dawn l-appartamenti għal raġunijiet finanzjarji. 

L-Awtorità tad-Djar bħalissa għandha lista ta’ 2107 applikant li ghandhom bżonnijiet varji li mhux bilfors għandhom bżonn post alternattiv għalkemm huma jixtiequ dan. Fil-fatt huma biss 591 l-applikazzjonijiet li l-Awtorità tqis li huma prijorità u tkompli taħdem biex tkun ta’ għajnuna lil dawn il-persuni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow