Left arrow Mur Lura

ALTER EGO II – INAWGURAZZJONI TA’ WIRJA OĦRA FIL-PALAZZ TA’ SAN ANTON

pr0414
Date Icon 03/03/2011

“Qatt m’hu tard biex wieħed jitgħallem u javvanza” – Dan qalu l-President George Abela meta l-bieraħ inawgura wirja tal-arti tal-koppja Joe u Margaret Ellul Vincenti fil-Palazz ta’ San Anton.  Din hija t-tieni esibizzjoni li l-koppja qegħdin itellgħu fil-Palazz ta’ San Anton bl-iskop illi jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Il-President Abela faħħar l-inizjattiva ġdida li l-koppja daħlu fiha f’età avvanzata illi, hekk kif irtiraw mid-dinja tax-xogħol, sabu ħin għall-arti u b’hekk skoprew aspett kreattiv li jagħtihom sodisfazzjoni u li jġegħelhom ikunu għatxana għal iktar tagħrif u tagħlim dwaru. Filfatt Joe u Margaret fix-xhur li ġejjin ser imorru ġewwa Firenze, fil-kapitali per eċċellenza tal-arti għal iktar taħriġ sabiex ikomplu jitjiebu.

Il-President iddiskriva x-xogħol taċ-ċeramika tal-Perit Ellul Vincenti bħala xogħol ta’ arkitettura b’fantasija. Xogħol kreattiv li jħalli f’idejn l-indivdwu biex jagħtiha l-interpretazzjoni tagħha li mhux bilfors jirrelata magħha bħalma jagħmel l-artist max-xogħol tiegħu. Il-President Abela tkellem ukoll fuq it-tieni kamra li wieħed jara hekk kif jidħol fis-swali, fejn hawnhekk wieħed isib l-akwarelli ta’ Margaret b’temi varji. Fost dawn it-temi wieħed isib dawk tan-natura, b’mod partikolari l-fjuri u l-weraq fi staġuni varji tas-sena. Hemm ukoll oħrajn b’xeni ta’ Malta fil-passat. Dawn tal-aħħar jinkludu wkoll xogħol bl-ilma mħallat bil-kafè li huma partikolari ħafna.

Alter Ego II hija wkoll manifestazzjoni tal-għaqda ta’ bejn il-koppja li qed itellgħu din l-esibizzjoni bi skop filantropiku u bi prezzijiet kompetittivi li jinkoraġixxu lil dawk interessati sabiex jakkwistaw opra tal-arti minn ta’ Joe u Margaret għall-kollezzjoni tagħhom. 50 fil-mija mill-qligħ imur għall-Malta Community Chest Fund. 

Waqt l-inawgurazzjoni tkellem ukoll Fr. Norbert Ellul Vincenti, kritiku tal-arti li għamel analiżi tal-mixja ta’ Joe u Maragert fl-arti.

L-esibizzjoni tibqa’ miftuħa kuljum sat-18 ta’ Marzu bjen id-9.00am u l-4.00pm, inkluż is-Sibt u l-Ħadd. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 99874068.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow