KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-ASSEMBLEA NAZZJONALI TAL-UNGERIJA
Il-Membri Parlamentari l-Onor. Charles Mangion u l-Onor. Philip Mifsud, Chairperson u Membru fuq il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi rispettivament irrapreżentaw lill-Parlament Malti waqt konferenza organizzata mill-Assemblea Nazzjonali tal-Ungerija li għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena għandha f’idejha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea. Il-Konferenza saret bejn l-24 u l-25 ta’ Frar. Is-suġġett diskuss kien il-baġit u l-finanzi, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali. Għal din il-konferenza attendew membri parlamentari mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kollha kemm huma involuti f’Ministeri jew Kumitati li jikkonċernaw il-finanzi tal-pajjiz rispettiv.
Fost is-suġġetti diskussi kien hemm il-bagit tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu li jmiss u li jibda fl-2014, dan f’kuntest ta’ perspettiva finanzjarja differenti ferm minn dik ta’ ftit snin ilu. F’dan il-kuntest ġie diskuss li l-baġit li jmiss żgur li ser ikollu fuqu l-effett tal-kriżi finanzjara riċenti li għaddiet minnha d-dinja kollha. Id-delegazzjoni Maltija qajmet il-punt li l-bagit tal-Unjoni Ewropea jrid ukoll jirrifletti r-realtajiet ġodda li qed nesperjenzaw bħalissa fit-tramuntana tal-Afrika, liema realtajiet għadna ma nafux x’ser ikun l-impatt tagħhom fuqna. Kien diskuss ukoll l-isforz li kull stat membru għandu jagħmel sabiex inaqqas id-defiċit nazzjonali tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003