Left arrow Go Back

KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-ASSEMBLEA NAZZJONALI TAL-UNGERIJA

pr0410
Date Icon 02/03/2011

Il-Membri Parlamentari l-Onor. Charles Mangion u l-Onor. Philip Mifsud, Chairperson u Membru fuq il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi rispettivament irrapreżentaw lill-Parlament Malti waqt konferenza organizzata mill-Assemblea Nazzjonali tal-Ungerija li għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena għandha f’idejha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea.  Il-Konferenza saret bejn l-24 u l-25 ta’ Frar.  Is-suġġett diskuss kien il-baġit u l-finanzi, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali.  Għal din il-konferenza attendew membri parlamentari mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kollha kemm huma involuti f’Ministeri jew Kumitati li jikkonċernaw il-finanzi tal-pajjiz rispettiv.

Fost is-suġġetti diskussi kien hemm il-bagit tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu li jmiss u li jibda fl-2014, dan f’kuntest ta’ perspettiva finanzjarja differenti ferm minn dik ta’ ftit snin ilu.  F’dan il-kuntest ġie diskuss li l-baġit li jmiss żgur li ser ikollu fuqu l-effett tal-kriżi finanzjara riċenti li għaddiet minnha d-dinja kollha.  Id-delegazzjoni Maltija qajmet il-punt li l-bagit tal-Unjoni Ewropea jrid ukoll jirrifletti r-realtajiet ġodda li qed nesperjenzaw bħalissa fit-tramuntana tal-Afrika, liema realtajiet għadna ma nafux x’ser ikun l-impatt tagħhom fuqna.  Kien diskuss ukoll l-isforz li kull stat membru għandu jagħmel sabiex inaqqas id-defiċit nazzjonali tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow