Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA IŻUR L-ISKEJJEL TAL -KULLEĠĠ SANTA TEREŻA

pr0399
Date Icon 01/03/2011

“Impenn, sinerġija u dedikazzjoni” – hekk iddeskriva l-ħidma li qed issir fl-iskejjel tal-Kulleġġ  Santa Tereża meta dalgħodu l-President Geroge Abela kompla jiltaqa’ ma’ studenti, għalliema u ġenituri fis-seba’ skejjel tal-Kulleġġ, liema żjara bdiet il-ġimgħa l-oħra. Il-President Abela kien akkumpanjat mill-Prinċipal tal-Kulleġġ, Frank Fabri.

Il-President George Abela filwaqt li wera s-sodisfazzjoni u l-pjaċir jiltaqa’ mal-istudenti f’kull livell ta’ edukazzjoni, stqarr li kienu bosta affarijiet li laqtugħ f’din iż-żjara. Semma’ l-laboratorju tal-IT fl-iskola Sekondarja tas-subien f’Birkirkara. Fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara, il-President segwa lezzjoni interattiva fi klassi partikolari tal-year 3 fejn grazzi għal Proġett Pilota, kull student għandu laptop pprovdut mill-kumpanija internazzjonali Intel.  Il-President qal li l-edukazzjoni qed tkun dejjem inklussiva u faħħar  l-inizjattiva ta’ Nurture Class li żar fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara fejn aspetti soċjali ikunu indirizzati permezz ta’ terapija ta’ ambjent sabiħ.

Il-President ta’ Malta kien mistieden isegwi xogħol ta’ affreski li qed isir fl-iskola sekondarja tal-bniet fl-Imrieħel mill-istess studenti u fejn hawnhekk iltaqa’ ukoll mal-Kunsill tal-Istudenti u segwa diskussjoni dwar il-volontarjat. L-istudenti tkellmu fuq x'qegħdin jagħmlu huma f'dan il-qasam u ppreżentaw working paper dwar il-volontarjat li ħadmu fuqha apposta sabiex jagħtuha lil President bħala rappreżentant u promotur tal-volontarjat. Il-President qal li dalwaqt jitħabbar kumitat fi ħdan il-Presidenza li se jkollu rwol jilqa` nominazzjoniijiet għal Premju tal-volontier jew għaqda tal-volontarjat, tas-sena.

Il-President żied jgħid li dan il-valur tal-volontarjat huwa ħolqa mal-valur tas-solidarjetà li Malta u l-Maltin tant tagħmel parti minnha. Din il-karatterisika qed tispikka tant f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi fil-Libja fejn Malta qeda toffri l-għajnuna kollha li tista’ tagħti lil pajjiżi kollha tad-dinja li qed jitolbu l-assistenza tagħha. Irrefera għal kummenti tal-Prim Ministru Ingliż fid-dibattitu fil-Parlament il-bieraħ meta irringrazzja lil Malta tal-għajnuna tagħha u tenna li din ma kinietx l-ewwel darba fl-istorja bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan kollu, zied jghid “…jagħmlilna kburin li aħna Maltin”. 

Il-President George Abela ma naqasx milli jistieden l-istudenti kollha sabiex iżuru l-Palazz ta’ Sant’Anton speċjalment meta jinfetaħ il-kitchen garden fi żmien mhux il-bogħod.  Dan sa jkun proġett li permezz tiegħu, il-President Abela qed jerġa’ jiftaħ il-bibien u l-ġonna privati tal-Palazz għall-Maltin u Għawdxin kollha sabiex l-ambjent naturali u pittoresk jitgwada verament minn kulħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow