Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT L-Oppozizzjoni tiddefendi l-intransigenza u l-ineffiċjenzi kif mfassla mill-GWU għal dawk ta' ġewwa

pr0313
Date Icon 20/02/2011

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jiċħad bl-aktar mod kategoriku l-allegazzonijiet kollha li saru dwar dak li għaddej fl-Enemalta, b'mod partikolari li ttieħdu xi deċiżjonijiet fuq bażi ta' kulur politiku. Ir-riformi li qed isiru fl-Enemalta, fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u f'ARMS Limited għandhom l-għan aħħari li titjib l-effiċjenza fis-servizz offrut minn dawn il-korporazzjonijiet.

Fil-każ tat-taqsima tal-credit control fl-Enemalta, jidher li Joseph Muscat mhux infurmat biżżejjed bil-fatti kif inhuma, u qed iħalli lilu nnifsu jintuża' minn min qed juża' din il-kwistjoni għal raġunijiet personali lil hemm minn dawk tal-Korporazzjoni.

Huwa jinjora kompletament ir-realtà, fejn aktar kmieni f'din il-leġislatura, il-Gvern waqqaf il-kumpanija ARMS bħala l-entità responsabbli mis-sistema tal-kontijiet. Dan jinkludi wkoll il-pendenzi minn individwi u kumpaniji.

Qabel l-implimentazzjoni ta' dan il-proċess, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment talab lill-Management tal-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jiddiskutu ma' uffiċjali tal-General Workers' Union bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq il-proċess ta' transizzjoni tal-impjegati mal-ARMS. Il-Gvern impenja lilu nnifsu li wara li jsir dan id-deployment ta' persunal mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lejn l-ARMS, jibda immedjatament jiġi negozjat ftehim kollettiv ġdid biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-ARMS.

L-intenzjoni tal-Gvern kienet ukoll li jekk ikun hemm bżonn ta' aktar ħaddiema mal-ARMS, wara dan il-proċess, kellhom joħorġu applikazzjonijiet fost il-ħaddiema tal-Enemalta u l-impjegati tal-credit controlsection ikollhom ir-right of first refusal. Dawn il-ħaddiema tal-Enemalta rrifjutaw kull alternattiva li ngħataw u għalhekk il-management ma kellux triq oħra li jalloka dawn il-ħaddiema f'taqsimiet oħra tal-Korprazzjoni, filwaqt li żammew l-iskala tal-paga u r-responsabbiltà tagħhom, u ġew offruti taħriġ għax xogħol ġdid tagħhom.

Sfortunatament, il-GWU għażlet li tkun mill-aktar intransinġenti u b'mod partikolari nsistiet li għandha tkun hi li tagħżel liema ħaddiema jmorru l-ARMS, fosthom impjegati mill-Credit Control Section. Bid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, huwa evidenti li l-Oppozizzjoni qed tiddefendi l-intransigenza u l-inefficjenzi kif mfassla mill-GWU għal dawk ta' ġewwa.

L-Oppożizzjoni bi strateġija li tagħmel ħsara

Filwaqt li l-Gvern kompla għaddej bil-ħidma tiegħu biex jassigura li pajjiżna jkollu linja tal-ajru b'saħħitha u vijabbli, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiddejjaq xejn jispekula fuq dak li jintqal fil-mezzi tax-xandir biex jikseb gwadann politiku a skapitu tal-futur tal-istess kumpanija.

Minkejja li kif kien ripetut diversi drabi, id-diskussjonijiet mal-Unions għadhom għaddejjin, il-Ministeru jiċħad kategorikament kull intenzjoni li jagħżel il-ħaddiema li għandhom jibqgħu mal-kumpanija fuq bażi ta' kulur politiku. Wieħed jassumi li l-Oppożizzjoni titħasseb li dan jista' jkun il-każ billi tali raġunament kien tipiku tal-Partit Laburista fil-Gvern.

Biex il-futur tal-kumpanija jista' jkun salvagwardjat, hemm bżonn tal-aħjar riżorsi disponibbli għal din il-kumpanija. Jekk ifalli dan il-proċess, u pajjiżna jispiċċa bla linja nazzjonali, ibati l-poplu kollu.

B'AirMalta b'saħħitha, igawdu l-ħaddiema tagħha, tgawdi l-industrija tat-turiżmu u dawk kollha li jaħdmu fiha, igawdu s-sidien tan-negozju u jgawdi l-pajjiż kollu.

Joseph Muscat għażel li jagħmel attakk fuq il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u fuq il-proċess li għaddej dwar l-AirMalta f'mument sensittiv.  Din hi parti mill-istrateġija ta' ħsara li qed issir mill-Oppozizzjoni.  Il-media tal-Oppozizzjoni qed ixxandar qlajjiet dwar l-AirMalta.  Hu evidenti li l-istrateġija tal-Oppożizzjoni tagħmel:

  • ħsara lill-haddiema
  • ħsara lill-Airmalta
  • ħsara lill-industrija tat-turizmu u n-negozjanti Maltin li juzaw l-AirMalta ghal skopijiet ta' negozju u kummerc, u
  • ħsara lil pajjizna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow