Left arrow Mur Lura

RIFORMA FIL-MEPA BBAŻATA FUQ PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI

pr0309
Date Icon 19/02/2011

Il-Gvern qed iwettaq riforma fil-MEPA bil-għan li din l-Awtorità tagħti servizz aħjar liċ-ċittadin, filwaqt li tkun aktar b'saħħitha biex tipproteġi l-ambjent. B'effett mit-30 ta' Novembru 2010 dahlet fis-seħħ l-biċċa l-kbira tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. filwaqt li b'effett mill-1 ta' Jannar 2011 daħlu fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom, fost affarijiet oħra, ġie definit ż-żmien li fih trid tiġi ddeterminata applikazzjoni; ma jistgħux jiġu sanzjonati żviluppi llegali li jsiru f'żoni sensittivi u żdiedu b'mod sostanzjali il-multi f'każ ta' żvilupp llegali. Dan minbarra miżuri oħra fosthom il-ħatra ta' żewġ kummissjonijiet li huma impjegati fuq bazi full-time bil-ghan li jwasslu għall-aktar effiċjenza u trasparenza fil-proċess ta' applikazzjonijiet u ż-żieda fin-numru ta' impjegati tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent.  Dawn il-miżuri daħlu fis-seħħ wara proċess wiesgħa ta' konsultazzjoni li l-Gvern u l-MEPA għamlu mal-istakeholders fis-settur.

Waqt id-dibattitu dwar il-bidla fit-tariffi tal-MEPA, il-Gvern kien qal li lest li jagħmel irfinar tal-mod kif jiġu kkalkulati t-tariffi. Għalhekk, minn dak iż-żmien sar proċess ieħor ta' konsultazzjoni ma' diversi għaqdiet u kunsilli lokali biex jiġu diskussi r-revizjonijiet li jistgħu jidħlu fis-seħħ. Dan biex ikun aċċertat li r-riforma tkun effettiva u ma tfixkilx xi organizazzjonijiet bħal għaqdiet volontarji.

Il-Gvern huwa għalhekk impenjat li jwettaq riforma bbażata fuq il-konsultazzjoni li fl-aħħarnett tfisser li fejn hu meħtieġ isir irfinar tas-sistema u dan wara li jisma' il-partijiet involuti. Huwa għalhekk li din il-ġimgħa, il-MEPA ħabbret li naqset it-tariffi (DPF) fuq applikazzjonijiet ġodda għall-iżvilupp marbuta ma' attivitajiet soċjali, kulturali, edukattivi u sportivi. Permezz ta' din ir-reviżjoni, it-tariffa li trid titħallas għall-applikazzjonijiet għal żvilupp bħalma huma sptarijiet, istituzzjonijiet residenzjali jew edukattivi, mużewijiet, postijiet reliġjużi, faċilitajiet sportivi u klabbs soċjali ser tonqos b'39%.

Il-MEPA ħabbret ukoll li ġie introdott il-kunċett ta' somma massima (capping) fuq dawn it-tip ta' applikazzjonijiet liema capping huwa ta' €40,000.  Din il-miżura qed issir biex  il-MEPA u l-Gvern jgħinu lill-għaqdiet volontarji u jħeġġuhom ikomplu bil-ħidma tagħhom.

Fl-aħħar jiem, il-MEPA ħabbret ukoll li stabbilixxiet ukoll limitu fuq  t-tariffi tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp sabiex ma jiġux skoraġġati l-prattiċi ta' riabilitazzjoni f'barrieri għar-rimi ta' skart, ir-reklamazzjoni tal-art għal għanijiet agrikoli u sabiex ma jiġux imponuti aktar spejjeż fuq l-industrija tal-barrieri li finalment jissarrafu fi spejjeż indiretti fuq kull żvilupp. L-Awtorità stabbilixxiet ukoll limitu ta' €55,000 fuq development briefs dwar l-ambjent.  Il-MEPA aġġustat ukoll il-ħlas b'rata fissa li kienet introduċiet f'Lulju li għadda dwar xogħlijiet tat-twaqqiegħ. It-tariffi riveduti issa se jkunu bbażati fuq iż-żoni mġarrfa.

Dawn ir-reviżjonijiet huma xhieda ta' Gvern li huwa impenjat iwettaq riforma bbażata fuq il-konsultazzjoni. Ir-riforma tal-MEPA teħtieġ proċess ta' koperazzjoni mill-Gvern, l-Awtorita', l-għaqdiet ambjentali, l-għaqdiet volontarji u l-istakeholders kollha fis-settur. Huwa għalhekk li l-Gvern hu miftuħ għad-djalogu u l-konsultazzjoni tul il-proċess kollu tar-riforma tal-MEPA. Dan wassal biex ġie fis-seħħ l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjannar u biex saru r-reviżjonijiet mħabbra din il-ġimgħa. Dawn r-reviżjonijiet jaċċertaw li r-riforma fil-MEPA tkun waħda effettiva anke għal organizazzjonijiet bħal għaqdiet volontarji li jixraqilhom miżuri li jħegguhom ikomplu bil-ħidma tagħhom, u mhux propaganda li tħares biss l-interessi partiġġjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow