INĦEĠĠU L-KREATTIVITA, L-INNOVAZZJONI U L-ARTIĠĠJANAT MALTI
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żghar u Artijiet Jason Azzopardi il-bieraħ ippresjeda ċ-ċerimonja ta' għoti ta' Premjijiet Ġieħ l-Artiġġjanat Malti kif ukoll il-Malta/WIPO Awards for Creativity and Innovation.
Jason Azzopardi qal li dawn l-Awards ma jippremjawx kumpanija jew individwu partikolari biss, imma jiċċelebraw it-tkattir ta' kultura ta' innovazzjoni li għandna kull interess li nippromwovu fi gżiritna. Kultura li għandha tinfirex f'kull qasam tan-negozju Malti, ta' kull tip u daqs.
Huwa saħaq li ir-raġuni għaliex qed nippremjaw l-artiġġjan, l-imprenditur iż-żgħir fil-kreattività u l-innovazzjoni ta' xogħolu hija ċara: pajjiżna jeħtieġ aktar eżempji bħal dawn.
Fid-diskors tiegħu Jason Azzopardi innota l-għajnuna vasta li l-Gvern joffri lill-intrapriżi żgħar, kemm fuq il-livell macro: bħal proġetti infrastrutturali bħall-interconnector cable u investimenti fit-titjib taż-żoni industrijali li joperaw minnhom; Kif ukoll l-għajnuna fuq livell micro: bħall-iskemi li tħaddem il-Malta Enterprise li jgħinu direttament permezz ta' fondi u grants lin-negozji żgħar.
Huwa semma ukoll il-fond ta' €200,000, li l-Gvern ivvota għat-tieni darba konsekuttiva, biex isostni s-settur tal-artiġjanat. Dawn il-flus għandhom l-għan li bihom jinħolqu inizjattivi u inċentivi li jippromwovu u jgħinu lill-artiġjani nfushom, biex jilqgħu għar-realtajiet li joperaw fihom fid-dinja tal-lum.
Intant ir-rebbieħa taż-żewġ konkorsi kienu kif ġej:
Premju Malta/WIPO
Kategorija Kreattivita: Joseph Galea
Kategorija Inventuri: Brian Cauchi
Kategirija Inventur Żagħżugħ: Matthew Grech
Ġieħ l-Artiġġjanat Malti
Kategorija Negozji: Mdina Glass
Kategorija Istituzzjoni jew Individwu: Clay Club – Alka Ceramics
Kategorija Artiġġjana: Joseph Galea
Is-serata li kienet ippreżentata minn Keith Demicoli, kellha wkoll il-parteċipazzjoni tal-grupp mużikali li jispeċjalizza f'mużika bi strumenti tipiċi Maltin, Nafra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003