RINGRAZZJAMENT LILL-ĦADDIEMA TAD-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carm Mifsud Bonnici jixtieq jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-voluntiera u uffiċċjali tal-forzi tal-ordni kollha, kif ukoll ħaddiema ta' diversi dipartimenti tal-Gvern għall-ħidma li wettqu l-bieraħ u matul il-lejl li għadda.
Ix-xogħol kontinwu u s-sens ta' sagrifiċċju ta' dawn il-ħaddiema wasslu sabiex jiġu evitati inċidenti li setgħu joħolqu perikolu għall-popolazzjoni ta' Malta kawża tal-irwiefen li laqtu dawn il-gżejjer fl-aħħar siegħat.
Il-Ministru jirringrazzja wkoll lill-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, id-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-mezzi tax-xandir kollha għar-rwol kruċjali tagħhom sabiex twasslu t-twissijiet neċessarji lill-pubbliku.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003