Left arrow Mur Lura

MAĦRUĠ IL-PERMESS GĦAR-RIABILITAZZJONI TAS-SALINI

pr0296
Date Icon 18/02/2011

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jilqa' b'sodisfazzjon l-ħruġ ta' permess għall-proġett tar-riabilitazzjoni tas-Salini wara li dan il-proġett kellu diġà l-approvazzjoni ta' permess (outline) mill-MEPA. Issa li nħarġu l-permessi meħtieġa l-Ministeru se jkun qed jibda x-xogħol sabiex din iż-żona tinbidel f'attrazzjoni turistika.

Dan ix-xogħol ser jikkonsisti fir-restawr u r-riabilitazzjoni tas-salini,  fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u stivat il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, fit-tindif tal-'garigue' li fuqu kien mitfuħ materjal u anke fir-riabilitazzjoni tas-salt marsh. Wieħed mill-huts se jintuża sabiex iservi bħala ċentru tal-viżitaturi u li ħa jkun jikkonsisti f'wirjiet dwar l-istorja ta' kif kien u kif isir il-melħ f'pajjiżna. Ix-Ximenes Redoubt ser jintuża bħala ċentru ta' interpretazzjoni għaż-żona kollha tas-Salini biex b'hekk il-viżitatur ikun jista' jifhem l-importanza ta' din iż-żona kemm mil-lat storiku, ekoloġiku u mill-aspett ta' Avi-Fauna.

Filfatt is-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet biex isir ir-restawr tax-Ximenes Redoubt, diġà ġiet pubblikata mid-Dipartiment għall-Kuntratti u fil-ġimgħat li ġejjin sejrin ikunu ppubblikati aktar sejħiet għall-offerti għall-kumplament ta' dan il-proġett. Bħalissa wkoll għaddejjin studji ekoloġiċi fuq is-salt marsh u fuq parti mis-salini nfushom.

Din iż-żona tas-Salini hi wkoll kandidata tan-Natura 2000 u s-salini u Ximenes Redoubt huma skedati mill-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar.  Dan il-proġett qed isir b'investiment ta' madwar €7 miljun b'ko-finanzjament ta' 90% mill-Unjoni Ewropea

Intant fl-aħħar xhur fis-Salini reġa' nfetaħ mill-ġdid il-kanal tal-mgħodija tal-ilma magħruf bħala s-Sukkursu, u b'hekk reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini.  Dan il-proġett sar b'investiment ta' madwar €250,000, li kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta' ħajt ta' żmien il-Kavallieri twil madwar 90 metru.

Dan il-kanal li hu twil madwar 835 metru u fond 1.5 metri, għal snin twal kien jimtela' b'materjal u skart u fil-maltemp kien jispicca bblukkat. Minħabba dan ma kienx qed jiġi ġġenerat kurrent u għalhekk l-ilma kien ikun staġnat b'riżultat li kien ikun hemm riħa ta' ilma qiegħed f'din iż-żona. Matul ix-xogħlijiet inġabar mal-10,000 tunellata ta' materjal minn dan il-kanal u permezz ta' dan l-intervent ir-riħa telqet għal kollox.

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jtejjeb il-livell ta' din iż-żona tant li bħalissa qed issir ukoll l-estensjoni tal-Park Nazzjonali tas-Salini bħala parti mill-proġett ta' afforestazzjoni f'pajjiżna, wara li fix-xhur li għaddew sar proġett ta' tisbiħ f'Kennedy Grove fejn fost oħrajn inbniet girna u ġew installati tliet funtani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow