INVESTIGAZZJONI MILL-PULIZIJA F’RESIDENZI TAL-ANZJANI
pr0292
17/02/2011
Il-Pulizija qed tinvestiga rapporti dwar 3 każijiet ta’ serq ta’ ġojellerija li allegatament saru lil residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Separatament, il-Pulizija qed tinvestiga wkoll l-għibien ta’ ġiżirana mid-Dar tal-Anzjani fl-Imsida.
Ir-rapporti lill-Pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet saru mill-Awtoritajiet tar-Residenza San Vinċenz de Paul u d-Dar tal-Anzjani tal-Imsida.
Sadanittant, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-Pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003