Left arrow Mur Lura

JITNIEDA L-EWWEL FORUM TAL-PRESIDENT

pr0278
Date Icon 15/02/2011

Waħda mill-funzjonijiet tal-President tar-Repubblika ta' Malta hija dik li jippromwovi l-għaqda nazzjonali u t-titjib tal-ħajja tal-poplu ta' dawn il-gżejjer mhux biss dak materjali, imma anki dak soċjali, kulturali u morali.

Hemm bosta inizjattivi li l-Presidenza tar-Repubblika tieħu minn żmien għal żmien biex tinkoraġġixxi l-kultura u l-kreattività u biex trawwem sens ta' għaqda nazzjonali permezz ta' kuntatt dirett mal-komunità.

Propju biex joħloq iktar għarfien ta' aspetti u sitwazzjonijiet tal-ħajja Maltija li jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod l-iktar wiesgħa, li b'hekk ikun qed jirrifletti kunsens nazzjonali, il-President tar-Repubblika, l-E.T. Dr George Abela, ħa l-inizjattiva li joħloq il-Forum tal-President. Dan għandu jservi biex fih jiġu mfissra ħsibijiet differenti bil-għan li joħorġu soluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar x'għandu jsir dwar materji differenti li jolqtu lin-nazzjon kollu.

Il-Forum, li jkun ta' nofstanhar, jiġi mlaqqa' darba fis-sena taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika u fih jieħdu sehem esperti li jintalbu jagħmlu preżentazzjoni dwar is-suġġett. Il-Forum jitmexxa minn moderatur (chairman) u fih jieħu sehem ġurnalist/a magħruf/a li mbagħad jagħmel numru ta' mistoqsijiet lill-esperti dwar il-preżentazzjoni tagħhom. Wara, tinfetaħ id-diskussjoni għall-pubbliku, li jiġi mħeġġeġ jikkummenta u jagħmel mistoqsijiet.

L-ewwel Forum tal-President se jsir nhar is-Sibt, 9 t'April, fl-10 a.m. fis-Sala tat-Tron, il-Palazz il-Belt, bit-tema "Lejn Għarfien ta' Malta fi Żmienna".  Il-kelliema ser ikunu il-Prof. Henry Frendo, Dr Angela Abela, Dr Gordin Cordina u l-Prof. Oliver Friggieri, li se jittrattaw suġġetti mill-lenti rispettivi tagħhom.

Il-ġurnalist Reno Bugeja imbagħad jagħmel mistoqsijiet lill-kelliema dwar it-tema magħżula, u wara, membri tal-udjenza jkunu jistgħu jfissru fehmithom u jistaqsu.

Dr John C. Grech se jmexxi l-ewwel Forum tal-President.

Il-Forum, li ser ikun bil-Malti, ikun miftuħ għal kulħadd. Huwa ppjanat li d-diskorsi u l-interventi eventwalment jiġu ppublikati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow