STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
L-unika ghazla tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ghall-Air Malta hija dik li kollox jibqa’ kif inhu biex jidher tajjeb ma’ kulhadd. B’dan l-agir, lest jipperikola l-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni jaf, ghax l-Oppozizzjoni qed tippartecipa fid-diskussjoni u vvotat favur is-self mehtieg mill-AirMalta, li dan l-istess self huwa b’kundizzjoni għall-approvazzjoni, fi żmien sitt xhur, mill-Kummissjoni Ewropea, ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-kumpanija. B’dan il-pjan, il-kumpanija trid turi li l-futur tagħha hu vijabbli. Jekk ma jkunx approvat dan il-pjan, l-għajnuna ma tiġix approvata u pajjiżna jispiċċa mingħajr linja tal-ajru.
Ghalhekk huwa tal-iskantament kif fl-istess hin huwa jsostni li l-linja tal-ajru ghandha zzomm kollox l-istess kif inhu llum u ma taghmel l-ebda tibdil. Loghob ghall-gallarija, b’opportunizmu politiku li ma jharisx genwinament l-interessi tal-kumpanija u tal-pajjiz li ghandu bzonn kumpanija b’sahhitha ghas-servizz tal-poplu Malti, ghat-tishih tal-industrija tat-turizmu u l-impjiegi fit-turizmu; u biex tkun linja li tagħti servizz lill-investituri u lill-operaturi tan-negozju u l-kummerċ li juzaw l-AirMalta ghat-tishih tan-negozju taghhom u biex joholqu x-xoghol f’pajjizna.
Konvenjentement, jinjora r-realtaijiet tas-settur tal-avjazzjoni llum b’kompetizzjoni qawwija aktar minn qatt qabel fosthom bl-introduzzjoni tal-low cost airlines u bi sfidi dejjem akbar fil-prezz internazzjonali taz-zejt.
Il-hidma tal-Gvern se tibqa dik li jasal ghal dawk id-deċiżjonijiet mehtiega biex il-pjan jaghti vijabilita’ lill-kumpanija. Dan hu Gvern li dejjem wera u juri sensitivita ghar-realtajiet tal-haddiema u tal-familji taghhom. F’dan il-kuntest, il-Gvern qed jiddiskuti mal-Unions temi specifici li jikkoncernaw lill-Unions differenti, biex eventwalment ikun jista’ jitressaq il-pjan ta’ ristrutturar quddiem il-Kumitat ghar-Ristrutturar. Dan hu l-mod kif gew mifthemha li jimxi l-process, izda Joseph Muscat jrid jinjora dak li l-Gvern ftiehem dwaru.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni sostna li r-rapprezentanti tal-Oppozizzjoni fuq il-Kumitat ghar-ristrutturar qalulu li d-dettalji li qed jigu diskussi mal-Unions ma ttellghux fuq livell ta’ Kumitat. Sfortunatament, jidher li ma nfurmawhx li dan l-istess Kumitat qabel li kull diskussjoni dwar aspetti li jolqtu l-ħaddiema kellhom l-ewwel jiġu diskussi mal-Unions rispettivi qabel ma dawn jigu diskussi mill-istess Kumitat. B’arroganza l-Kap tal-Oppozizzjoni jippretendi li l-qbil li kien hemm mal-Unions u mal-Kumitat jigi njorat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003