Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT Stqarrija dwar l-AirMalta b’Reazzjoni għall-Istqarrija tal-Oppożizzjoni

pr0263
Date Icon 12/02/2011

Il-Gvern ifakkar lill-Oppożizzjoni li kien hemm qbil fuq l-istess Kumitat għar-Ristrutturar tal-Airmalta, li kull diskussjoni dwar aspetti li jolqtu il-ħaddiema kellhom l-ewwel jiġu diskussi mal-Unions rispettivi qabel ma dawn jigu diskussi mill-istess Kumitat. Għall-konvenjenza politika, l-Oppożizzjoni qed tipprova tinjora li kien hemm dan il-qbil.

Il-Gvern hu komess li jirispetta dan il-ftehim li tant insistew fuqu l-istess unions.

Fil-laqgħat rispettivi, l-esperti mqabbda preżentaw l-aspetti differenti tal-pjan propost u l-aspetti tiegħu, inkluż id-diversi sfidi li l-kumpanija għandha quddiemha biex tkun vijabbli.

Il-Kummissjoni Ewropea approvat self ta' €52miljun mill-Gvern għall-AirMalta. Madankollu dan is-self huwa b'kundizzjoni għall-approvazzjoni, fi żmien sitt xhur, mill-istess Kummissjoni, ta' pjan ta' ristrutturar għall-kumpanija. B'dan il-pjan, il-kumpanija trid turi li l-futur tagħha hu vijabbli. Jekk ma jkunx approvat dan il-pjan, l-għajnuna ma tiġix approvata u pajjiżna jispiċċa mingħajr linja tal-ajru.

Il-Gvern jifhem li ser ikun hemm deċiżjonijiet importanti u difficli li jridu jittieħdu biex il-pjan jaghti vijabilita' lill-kumpanija. Dan hu Gvern li dejjem wera u juri sensitivita ghar-realtajiet tal-haddiema u tal-familji taghhom.  L-ammont ta' ħaddiema mal-kumpanija jridu jirriflettu l-htigijiet operattivi tal-AirMalta, li llum qed tiffaċċja kompetizzjoni qawwija aktar minn qatt qabel u qed tiffaccja l-isfida taz-zieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt.  Il-Gvern wera u jibqa' juri disponabilita li f'kuntest ta' ftehim maqbul mal-imsiehba fil-process, iwettaq pjan biex il-linja nazzjonali ikollha futur vijabli.  Kif ghamel fi procesi precedenti joffri numru ta' soluzzjonijiet ta' kif kull deċizjoni li tittieħed, issir bl-anqas impatt socjali possibbli.

Filwaqt li l-Gvern qed jaħdem biex jiggarantixxi l-futur tal-linja tal-ajru, u qed jiddiskuti t-temi rilevanti mal-imsieħba kkonċernati, l-Oppożizzjoni qed tirkeb fuq spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir biex tipprova tikseb gwadann politiku mis-sitwazzjoni, bla interess għar-riperkussjonijiet li dan jista' jkollu fuq il-proċess innifsu.

Il-Gvern irid kumpanija nazzjonali tal-ajru b'sahhitha, kompetittiva u li tilqa' tajjeb għal kompetizzjoni.  Dan biex taghti servizz lill-poplu Malti, issaħħaħ l-industrija tat-turizmu u l-impjiegi fit-turizmu; u tkun linja li tagħti servizz lill-investituri u lill-operaturi tan-negozju u l-kummerċ li juzaw l-AirMalta ghat-tishih tan-negozju taghhom u biex joholqu x-xoghol f'pajjizna.

Minkejja x-xkiel tal-Oppozizzjoni, il-Gvern se jibqa' jahdem fl-interess nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow