Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JIKTEB LILL-KE RIGWARD L-IŻVILUPPI REĊENTI FIL-FL-AFRIKA TA’ FUQ

pr0261
Date Icon 12/02/2011

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, kiteb lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Kummissarju responsabbli mill-Intern, Cecilia Malmström, dwar is-sitwazzjoni preokkupanti li żviluppat fl-aħħar jiem fl-Afrika ta' Fuq  fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali.

Fl-ittra tiegħu il-Ministru Mifsud Bonnici qal li Malta qed issegwi mill-qrib l-aħħar wasliet ta' immigranti fi Sqallija u Lampedusa li seħħew f'dawn il-jiem. Hu għalhekk jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Ministru tal-Intern Taljan, Roberto Maroni, sabiex is-sitwazzjoni fl-Afrika ta' Fuq  u l-effett tagħha fuq l-immigrazzjoni titqiegħed fuq l-aġenda għad-diskussjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern skedata għal aktar tard dan ix-xahar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow