Left arrow Go Back

L-INDUSTRJA MALTIJA L-AKTAR SODISFATTA BIL-GRADWATI FOST IL-PAJJIŻI EWROPEJ

pr0260
Date Icon 11/02/2011

Stħarriġ tal-Eurobarometer pubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa juri li l-industrja Maltija hi l-aktar sodisfatta fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li l-gradwati tagħna għandhom il-ħiliet meħtieġa għall-industrja tagħna.

Skont ir-rapport (Eurobarometer survey on employers’ perception of graduate employability), 69 fil-mija ta’ dawk li wieġbu qalu li huma jaqblu bil-qawwa ma’ din l-istqarrija filwaqt li 25% oħra qalu li jaqblu.  Kien biss 4% li ma qablux u 2% ma qablu assolutament xejn ma dan.

Għal domanda jekk jaqblux li hu essenzjali li n-nies li jkunu se jimpjegaw ikunu għamlu esperjenza ta’ xogħol, 75% qalu jaqblu perfettament u 19% oħra qalu li jaqblu. F’dan ir-rigward l-industrja Maltija hi t-tieni l-aktar fl-Ewropa li tħoss il-bżonn li l-gradwati jkunu għamlu esperjenza ta’ xogħol.

L-industrjalisti Ewropej kienu qed iwieġbu għal survey dwar il-Perċezzjoni tagħhom tal-impjegabilita’ tal-gradwati.  Kien hemm aktar minn 7,000 kumpanija li wieġbu għal dan l-istħarriġ, liema kumpaniji mpjegaw gradwati fil-ħames snin li għaddew u qed jippjanaw li jimpjegaw gradwati oħra fil-ħames snin li ġejjin.

L-industrjalisti Ewropej jgħidu li l-għarfien ta’ lingwi barranin u l-ħiliet bażiċi fil-lingwi, in-numri u l-kompjuter huma l-aktar li jfittxu fl-impjegati tagħhom.  55% qalu li jfittxu impjegati li almenu għandhom grad ta’ baċellerat filwaqt li 34% iriduhom bil-Masters.

41% tal-industrjalisti Ewropej ikunu lesti li jħaddmu gradwati anke mhux mill-pajjiż fejn huma bbażati, basta jkollhom l-aħjar talent li jkun hawn fis-suq tax-xogħol Ewropew. Interessanti li min iħaddem ifittex li jkollu workforce internazzjonali u hemm min iħoss li l-ħaddiema barranin ikollhom etika ta’ xogħol ogħla minn dawk lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow