Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA Aktar studenti qed igawdu mill-istipendju

pr0259
Date Icon 11/02/2011

L-istipendji li jingħataw lill-istudenti li jkomplu jistudjaw fil-livell Post Sekondarju u Terzjarju mhux se jitnaqqsu.  Għal kuntrarju aktar studenti qed igawdu mill-istipendju u l-Gvern qiegħed iżid l-investiment li qed jagħmel fl-istudenti permezz tal-istipendji.  Matul l-aħħar snin, in-nefqa għall-istipendji kompliet tiżdied għax aktar studenti bdew jibbenefikaw minnhom u fl-istess waqt in-numru ta' dawk li għażlu li jkomplu jistudjaw kompla jikber.  In-nefqa fi stipendji għal din is-sena se tkun ta' €23 miljun.  Barra li jagħti stipendju, il-Gvern qiegħed joffri wkoll scholarships għal min irid ikompli jispeċjalizza.  Sa issa 1,100 student u studenta gawdew minn scholarships.

F'risposta għall-mistoqsija li tat fil-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina għamlitha ċara li ma kien hemm ebda ħsieb li jitnaqqsu l-istipendji.  Il-Ministru qalet li fejn jidħol il-finanzjament tal-Università wieħed jista' jħares lejn diversi mudelli.  Għalhekk l-istqarrija tal-għaqda Pulse timmiżinterpreta dak li qalet il-Ministru.

L-istipendji kienu tnaqqsu minn Gvern immexxi mill-Partit Laburista li bidel is-sistema u ġiegħel lill-istudenti jiddejnu mill-banek biex ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw.  Din is-sistema ta' djun kienet tneħħiet wara li kien hemm bidla fil-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow