INAWGURAZZJONI TAL-WEBSITE TAR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
"Qabel kollox fil-jum iddedikat lill-morda, l-ewwel ħsieb tagħna hu fil-morda kollha li jinsabu fid-djar jew l-isptarijiet", tenna s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità waqt l-inawgurazzjoni tal-website (www.svpr.gov.mt) tar-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-għan tal-website hu li jagħti aċċess sħiħ għall-informazzjoni fuq ir-Residenza, kif ukoll li jagħti għajnuna lil dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità u jixtiequ parir mingħand l-esperti f'San Vinċenz.
Mario Galea qal li s-servizzi ta' konsulenza se jkunu offruti minn professjonisti lill-anzjani jew qraba ta' anzjani li jgħixu fil-komunità. Fost is-servizzi offruti
nsibu:
- Kontroll u prevenzjoni ta' mard infettiv
- Kura ta' nursing għall-persuni bid-dimensja
- Inkontinenza
- Prattiċi ta' nursing u sapport id-dar
- Nutrizzjoni
- Kura tal-ġilda jew ġrieħi minħabba nuqqas ta' mobilità fl-anzjani
- Fiżjoterapija
- Occupational Therapy
Fil-website nsibu write-ups fuq id-Dipartimenti u s-Swali, kif ukoll ritratti u skeda ta' attivitajiet li jsiru fir-Residenza, press releases, postijiet ta' interess, kif jingħata s-sapport spiritwali u lista ta' numri tat-telefon.
Tnieda wkoll il-logo, bl-intenzjoni li titjieb l-identità korporattiva. Mario Galea qal li b'hekk, ir-Residenza San Vinċenz de Paul se tkompli toffri aktar mill-expertise tagħha fil-komunità. Is-Segretarju Parlamentari għalaq billi rringrazzja l-professjonisti u l-ħaddiema kollha tar-Residenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003