IL-KOMUNITÀ MALTIJA F’RUMA TIĊĊELEBRA L-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
pr0257
11/02/2011
Anke din is-sena, nhar l-10 ta' Frar, 2011, il-Komunità Maltija f'Ruma ċċelebrat il-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl f'Malta. Il-qofol taċ-ċelebrazzjoni kienet Quddiesa Solenni li kienet ikkonċelebrata minn ħmistax-il qassis Malti fil-Bażilika ta' San Lorenzo in Damaso. Fi tmiem il-quddiesa Mons. Alfred Xuereb, wieħed mis-segretarji personali tal-Qdusija Tieghu l-Papa Benedittu XVI estenda messaġġ tal-Qdusija Tiegħu, lill-membri ta' l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma u lill-Komunità Maltija fl-Italja. Waqt riċeviment li ngħata wara il-quddiesa l-parteċipanti kienu indirizzati minn Walter Balzan, Ambaxxatur ta' Malta għall-Italja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003