AVVIŻ LILL-KAĊĊATURI
pr0256
11/02/2011
Il-kaċċaturi huma mfakkra fil-provvidementi tar-regolament 13(2) tal- Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni tal-Ghasafar Selvaġġi (Avviż Legali 79/06) li igħid li “Permess ma jistax jiġġedded sakemm il-persuna li jkollha l-liċenza li tikkaċċja u, jew li tieħu l-għasafar, ma tagħtix lura l-permess għas-sena ta’ qabel lill-organizzazzjoni li tagħha hija tkun membru.”
Il-kaċċaturi huma mitluba li jirritornaw il-carnet de chasse fl-uffiċċji tal-Maltapost bejn għada s-Sibt 12 ta’ Frar u l-Erbgħa 16 ta’ Frar, fejn jingħataw irċevuta, sabiex jiżguraw li jkunu eleġibbli għal deroga li tista’ tiġi applikata fir-rebbiegħa li ġejja.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003