Left arrow Go Back

WIRJA TA’ PITTURI TA’ LAWRENCE PAVIA F’SANT’ANTON – PARTI MID-DĦUL TMUR GĦALL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr0249
Date Icon 11/02/2011

“Teżisti rabta bejn l-arti u l-komunità bħalma hemm rabta bejn il-Malta Community Chest Fund u l-komunità kollha għax, għalkemm il-Fond huwa amministrat mill-Presidenza, huwa jappartjeni lill-komunità kollha għax hu sostnut minnha.”

Dan qalu l-President George Abela hekk kif l-Erbgħa filgħaxija inawgura wirja ta’ pittura ta’ Lawrence Pavia fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Lawrence Pavia huwa artist emerġenti li qed jesibixxi x-xogħlijiet artistiċi ta’ akrilika fuq it-tila b’kull pittura tammonta għall-€250 u  b’25% tmur għall-Malta Community Chest Fund. 

Il-President George Abela faħħar il-livell għoli ta’ Lawrence Pavia li qed itella’ din it-tieni esibizzjoni tiegħu b’ħamsa u erbgħin xogħlijiet artistiċi, b’kuluri varjati, bi stil li jsejjaħħlu – “Linear Hard-Edge”. Il-President kompla jgħid li wieħed jagħraf il-passjoni u d-dedikazzjoni fix-xogħlijiet li qed jesebixxi.  F’dawn ix-xogħlijiet qed jirrapreżenta paesaġġi, xeni kappelli u karattersitci tal-ambjent  f’Malta u f’Għawdex b’temi ripetuti pero xorta jirnexxielu jvarja kwadru mill-iehor u b’hekk johloq xoghol interessanti li jpaxxi l-ghajnejn. Il-President irringrazzja lill-artist għas-sens ta’ ġenerożita` li bih daħal għal din l-esibizzjoni fejn anke żamm prezzijiet kompetittivi għal kull xerrej li jixtieq jakkwista l-arti tiegħu li fl-istess ħin ikun qed jgħin lil Fond jilħaq l-għan tiegħu. 

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Professur Mario Buhagiar, Kap tad-Dipartiment ta’ l-Istorja tal-Arti fl-Universita` ta’ Malta. Il-Professur Buhagiar, bħala kuratur tal-esibizzjoni  għamel l-apprezzament tiegħu dwar ix-xogħol artistiku ta’ Pavia.

L-esibizzjoni se tibqa’ miftuħa sas-27 ta’ Frar kuljum bjen id-9.00am u l-4.00pm, inkluz is-Sibt u l-Hadd. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jidħol fis-sit www.maltacommunitychestfund.org jew iċempel fuq 99874068.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow