Left arrow Mur Lura

PROĠETT TA’ TISBIĦ FI TRIQ BISAZZA

pr0248
Date Icon 09/02/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħolijiet inizjali ta' tisbiħ fuq Triq Bisazza. Il-Ministru Pullicino kien akkumpanjat mis-Sindku u kunsilliera flimkien ma' membri tal-kumitat tal-komunità Kummerċjali ta' Tas-Sliema.

Il-Ministru Pullicino spjega li dan il-proġett se jkun qed jagħti wiċċ ġdid u spazju miftuħ lil din it-triq.  Bħalissa qed isir ix-xoghol fuq is-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ li fil-fatt se jinbidlu u jsiru mill-ġdid. It-triq u l-bankina se jkunu ppavimentati f'livell wieħed permezz tal-materjal tal-porfido li jagħti dehra mill-isbaħ, iżda se jiġu wkoll installati bollards tul it-triq kollha. Din it-triq, ladarba jitlesta l-proġett, se tkun meħlusa mill-karozzi pparkjati, sabiex tiżdied iż-żona pedonali, filwaqt li t-triq se tkun imsebbħa wkoll b'siġar, dawl dekorattiv u numru ta' bankijiet.

Il-pjazzetta ta' Triq Bisazza, li sa llum kienet tkun maħnuqa bil-karozzi pparkjati ġo fiha, se tinbidel fi spazju miftuħ u msebbaħ. Din il-pjazza se tisebbaħ b'żewġ funtani, dawl dekorattiv, numru ta' bankijiet biex iservu ta' post għar-rilassament u skultura interattiva. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li f'din iż-żona se tkun ukoll installata sistema ta' Wi-Fi.

Intant il-pjan hu li Triq Bisazza ser tingħalaq għat-trafiku lejn nofs il-ġimgħa d-dieħla. Ix-xogħol mistenni jdum madwar erba' xhur, sabiex jitlesta sa qabel is-sajf. Mhux ser isir xogħol fil-ġranet tal-perjodu tal-Għid minħabba n-negozju li jsir tul dawk il-ġranet.

Il-ħaddiema mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi ser ikunu qed jaħdmu mis-7am sat-8pm matul il-ġimgħa u mis-7am sas-1pm s-Sibtijiet u l-Ħdud.

Dan ix-xogħol fi Triq Bisazza jikkumplimenta t-tisbiħ li diġà sar f'din iż-żona kummerċjali, l-aktar permezz tax-xoghlijiet ta' tisbiħ li sar fi Triq it-Torri u Pjazza Sant' Anna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow