Left arrow Mur Lura

DEĊIŻJONIJIET GĦAQLIJA FIL-QASAM TURISTIKU

pr0245
Date Icon 09/02/2011

Is-sena li għaddiet żaru pajjiżna aktar minn 1.33 miljun turist, li huwa l-akbar ammont ta' turisti li qatt ġew Malta.  In-nefqa tat-turisti f'Malta ukoll kienet fl-ogħla livell,  b'aktar minn €1.1 biljun filwaqt li l-iljieli li t-turisti qatgħu Malta qabżu l-11 il-miljun. Dan kien ukoll l-akbar ammont ta' iljieli li qattgħu t-turisti f'Malta, f'sena waħda.

Dawn ir-riżultati huma bil-ferm aqwa minn tas-sena l-oħra. Huma ukoll aħjar mir-riżultati miksuba fl-2008, sena li s'issa kienet ikkunsidrata bħala l-aqwa sena għas-settur tat-turiżmu ta' pajjiżna. Il-ħidma u l-istrateġija mħadma mill-Gvern waslet biex tlieta mill-aħħar erba' snin ikunu snin rekord għall-benefiċċju ta' kull minn investa f'dan is-settur u għal kull minn jaqla' l-għixien tiegħu minn din l-industrija. Dawn ir-riżultati ma ġewx b'kumbinazzjoni imma huma frott d-deċiżjonijiet għaqlija u l-investiment tal-Gvern. Id-deċiżjonijiet tal-Gvern fil-qasam turistiku huma ggwidati wkoll mit-twemin li l-profitibilità tal-operaturi turistiċi tiddependi miż-żieda fin-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna.

Iż-żieda fil-qasam turistiku ta' pajjiżna tieħu sinifikat ikbar meta wieħed iqis kif sejjer dan is-settur fil-pajjiżi tal-Mediterran u f'pajjiżi Ewropej. Malta kellha waħda mill-ogħla żidiet fin-numru ta' turisti fost il-pajjiżi tal-Mediterran fl-2010. Filwaqt li ż-żieda medja fl-Ewropa s-sena li għaddiet kienet ta' madwar 3%, f'Malta kellna żieda ta' kważi 13%. Il-United Nations World Tourism Organisation, permezz tal-World Tourism Barometer pubblikat riċentament, għarfet is-suċċess ta' Malta u l-mod li bih rrukprajna b'żieda kbira fuq is-sena ta' qabel.

Dawn ir-riżultati fis-settur turistiku huma frott il-ħidma li tweqqet mill-Gvern, l-MTA u l-istakeholders kollha f'dan is-settur. Fl-2010 kompliet l-ħidma biex titjib l-aċċessibilità lejn pajjiżna, biex issir promozzjoni effettiva b'mod speċjali fis-swieq ewlenin tagħna filwaqt li kompla l-investiment fil-prodott turistiku lokali.

Fir-rigward tar-reviżjoni tal-VAT fuq it-tour operator business, il-Gvern ifakkar li r-reviżjoni fil-VAT tissostitwixxi il-miżura ta' 50ċ għal kull lejl li jqatta' turist u li kienet imħabbra fil-baġit ta' Ottubru 2008, liema miżura kellha tiġi introdotta fl-1 ta' Jannar 2010, iżda baqgħet ma ġietx introdotta preċizament għaliex il-Gvern kien sensittiv għat-tħassib u proposti tal-imsieħba fl-industrija. Il-ftehim li tħabbar fl-aħħar jiem u li sar bi ftehim mal-MHRA huwa bbażżat fuq dawn il-prinċipji:

•           Ir-rifużjoni se tkopri t-tour operator business għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2011, li qabel kien se jiċċarġja rata ta' 5%.

•           Ir-rata ta' rifużjoni se tkun ta' 1% (1/7 tal-VAT miġbura fuq dan it-tour operator business)

•           L-ammont massimu tar-rifużjoni se jkun capped sa €1.5m. Jekk it-talbiet jeċċedu dan l-ammont, il-pagament ikun wieħed pro rata.

•           L-ewwel żewġ talbiet għar-rifużjoni se jitħallsu fuq 75% tal-ammont mitlub biex ikun assigurat il-prinċipju tal-proporzjonalità jekk fl-aħħar it-talbiet jaqbżu l-limiti stipulati

•           Dan se jkopri biss kuntratti li ġew reġistrati mal-MTA u ma jridx ikun hemm bilanċi pendenti fir-rigward tat-taxxi tad-dħul, VAT, NI u miżati tal-MTA.

Irid jingħad ukoll li mill-2008 'l hawn il-Baġit tal-Gvern għall-MTA mhux biss żdied minn €26 miljun għal €35 miljun iżda l-investiment fi proġetti relatati mat-turiżmu laħqet 'l fuq minn €100 miljun. F'dan ir-rigward wieħed jista' jsemmi ir-restawr tas-swar b'investiment ta' €36 miljun, it-tisbiħ ta' Pjazza San Ġorġ b'investiment ta' 'l fuq €1 miljun, investiment fit-toroq u pedestrian zones fil-Belt Valletta fejn  ġew investiti €2 miljun, il-proġett ta' Pjazza Sant' Anna f'Tas-Sliema b'investiment €250,000 u l-proġett ta' Qui si Sana, b'investiment fil-ġnien u l-promenade ta' €2 miljun, fost oħrajn.

Matul l-2011, il-Gvern se jkompli jinvesti fil-prodott turistiku, fit-titjib tal-aċċessibilità u fil-promozzjoni effettiva biex b'hekk ikompli jibni fuq ir-riżultati tal-2010.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow