Left arrow Mur Lura

ĦRUG TA’ STOCKS TAL-GVERN: PREZZIJIET

pr0244
Date Icon 09/02/2011

B'referenza għall-Press Release Nru.0161, ta' nhar il-Ġimgħa 28 ta' Jannar, 2011 l-Accountant General javża li l-prezz għall-pubbliku, għal kull Stock imsemmi hawn taħt  ġie stabbilit kif ġej:

(i)4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2017 (III) bi prezz ta' €101.25 b'YTM ta' 4.034%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.075%; u
(ii)5.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (I) Fungibility Issue, bi prezz ta' €101.50 b'YTM ta' 5.126% li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 5.192%.

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar t-Tnejn 14 ta' Frar, 2011 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:

(a)fil-5.00pm tal-Erbgħa 16 ta' Frar, 2011 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b)f'nofsinhar tal-Ġimgħa 18 ta' Frar, 2011 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f'offerti b'irkant. L-ammonti ta' kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-'istocks' jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow