ĦRUG TA’ STOCKS TAL-GVERN: PREZZIJIET
pr0244
09/02/2011
B'referenza għall-Press Release Nru.0161, ta' nhar il-Ġimgħa 28 ta' Jannar, 2011 l-Accountant General javża li l-prezz għall-pubbliku, għal kull Stock imsemmi hawn taħt ġie stabbilit kif ġej:
| (i) | 4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2017 (III) bi prezz ta' €101.25 b'YTM ta' 4.034%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.075%; u |
| (ii) | 5.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (I) Fungibility Issue, bi prezz ta' €101.50 b'YTM ta' 5.126% li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 5.192%. |
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar t-Tnejn 14 ta' Frar, 2011 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:
| (a) | fil-5.00pm tal-Erbgħa 16 ta' Frar, 2011 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u |
| (b) | f'nofsinhar tal-Ġimgħa 18 ta' Frar, 2011 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant. L-ammonti ta' kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant. |
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-'istocks' jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003